Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 87

Ejjew! Sibu serħan

Agħżel rekording bl-awdjo
Ejjew! Sibu serħan
DEHRA

(Ebrej 10:24, 25)

  1. 1. Illum ngħixu f’dinja xejn stabbli w fid-​dlam;

    It-​triq t’Alla n-​nies ma jafux.

    Biex ngħassu kif nimxu taʼ gwida hemm bżonn;

    Waħedna żgur ma nirnexxux.

    It-​tama jsaħħulna w serħ jagħtu l-​laqgħat;

    Jgħinuna biex f’Alla nafdaw.

    Nitqanqlu ilkoll għall-​għemejjel tajbin;

    Nissaħħu w mit-​triq ma naqtgħux.

    Il-​kmand taʼ Ġeħova minn qalbna nobduh;

    Dan qatt ma se nabbandunawh.

    Jgħallmuna l-​laqgħat kemm is-​sew fih valur;

    B’hekk il-​verità napprezzaw.

  2. 2. Ġeħova tant kbir, jaf eżatt x’għandna bżonn;

    Dak li jgħid hu għandna nobduh.

    Il-​ħin se nużawh bl-​aħjar mod għal-​laqgħat

    B’hekk li nafdaw f’Kelmtu nuruh.

    Irġiel b’biżaʼ t’Alla jibnuna b’tagħlim

    Dwar kif nuru fidi bla għadd.

    Bl-​appoġġ kbir taʼ ħutna li ngħożżu mill-​qalb

    Waħedna żgur ma nkunu qatt.

    Hekk kif ħerqanin nistennew żmien aħjar,

    Niltaqgħu maʼ dawk maħbubin.

    Jgħinuna l-​laqgħat ngħixu bl-​għerf ġej minn fuq;

    Hawnhekk dan qed niġu mgħallmin.