Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 78

‘Għallem il-Kelma t’Alla’

Agħżel rekording bl-awdjo
‘Għallem il-Kelma t’Alla’
DEHRA

(Atti 18:11)

  1. 1. Dawk li qed jgħallmu t’Alla l-​kliem

    Ikunu ferħanin.

    M’hemm ebda xogħ’l aħjar minn dan;

    Minn Alla imberkin.

    Lil Bin Ġeħova nimitaw,

    Bi mħabba ngħallmu lkoll.

    B’hekk dawk li ngħinu jgħożżu ’l Alla

    Se jersqu qribu wkoll.

  2. 2. Se nistinkaw biex nagħmlu s-​sew

    Għax ngħallmu t’Alla l-​kliem,

    U rridu nxandru l-​verità

    Lkoll b’wiċċna minn quddiem.

    Il-​Bibbja ngħarblu w kull messaġġ

    Li fiha nippritkaw.

    Kemm aħna w kemm dawk li jisimgħu,

    B’hekk nistgħu insalvaw.

  3. 3. Jipprovdi Jah kulm’għandna bżonn

    Biex kliemu inxandruh.

    Għajnuna hu jagħtina żgur

    Jekk dejjem nitolbuh.

    Il-​Bibbja fiha l-​verità;

    Kemm ngħożżu t’Alla l-​kliem!

    U jekk inħobbu ’l min qed ngħallmu,

    Hu wkoll se jsir għalliem!