Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 75

‘Hawn jien! Lest biex immur!’

Agħżel rekording bl-awdjo
‘Hawn jien! Lest biex immur!’
DEHRA

(Isaija 6:8)

  1. 1. In-​nies qed jitfgħu kull tmaqdir

    Fuq l-​isem t’Alla li hu kbir.

    Kull iblah ipinġih kattiv,

    Jgħid li Jah dgħajjef, mhux attiv.

    Min sejjer jagħti ’l ismu ġieħ?

    Min kant glorjuż lilu joffrih?

    (L-1 RITORNELL)

    ‘Hawn jien, Mulej! Lest biex immur.

    Minn qalbi jien ngħannilek żgur.

    Unur mʼhemmx akbar minn dan, naf ċert.

    Jiena hawn! Lest biex immur!’

  2. 2. Isostnu wħud li Alla trux;

    Il-​biżaʼ t’Alla ma jafux.

    Xi nies imilu lejn xbihat;

    Oħrajn iqimu lill-​istat.

    Min sejjer jgħid lill-​ħżiena x’ġej?

    Dwar jum il-​gwerra tal-​Mulej?

     (IT-2 RITORNELL)

    ‘Hawn jien Mulej! Lest biex immur.

    Twissija nxandar bil-​fervur.

    Unur mʼhemmx akbar minn dan, naf ċert.

    Jiena hawn! Lest biex immur!’

  3. 3. Jitnikktu ferm l-​uħud ġwejdin.

    Il-​ħżiena joktru wisq qegħdin.

    Minn qalb sinċiera jfittxu lkoll

    Triq Alla li ġġib paċi wkoll.

    Min se jġib faraġ lill-​ġwejdin?

    U jgħin f’li jsiru lkoll twajbin?

    (IT-​3 RITORNELL)

    ‘Hawn jien Mulej! Lest biex immur.

    Ngħin lil dak umli lejk idur.

    Unur mʼhemmx akbar minn dan, naf ċert.

    Jiena hawn! Lest biex immur!’

(Ara wkoll Salm 10:4; Eżek. 9:4.)