Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 74

Kanta magħna l-għanja tas-Saltna!

Agħżel rekording bl-awdjo
Kanta magħna l-għanja tas-Saltna!
DEHRA

(Salm 98:1)

  1. 1. Din hija għanja taʼ ferħ kbir u rebħa

    Li ġġib unur lil Dak li hu suprem.

    Din toffri tama, tqanqlek tkun leali.

    Bis-​Saltna tgħaxxaq, magħna f’kant ħu seh’m:

    (RITORNELL)

    ‘Ejja ħa tqim Lill-​kbir Sovran.

    Li Ibnu Re; Ngħidulhom b’dan!

    Din l-​għanja dwar is-​Saltna b’ħeġġa tgħallem;

    Lil Alla qim u faħħar ’l ismu l-​kbir.’

  2. 2. B’din l-​għanja ġdida, s-​Saltna inħabbrulhom,

    Ġesù imexxi ’l din l-​art mis-​smewwiet.

    Nazzjon ġdid twieled għax hekk ġie imbassar;

    Li jilqaʼ s-​Saltna għax taʼ din werriet:

    (RITORNELL)

    ‘Ejja ħa tqim Lill-​kbir Sovran.

    Li Ibnu Re; Ngħidulhom b’dan!

    Din l-​għanja dwar is-​Saltna b’ħeġġa tgħallem;

    Lil Alla qim u faħħar ’l ismu l-​kbir.’

  3. 3. Tas-​Saltna l-​għanja, l-​umli jistaʼ jkanta.

    Kliem ċar b’tidwil li jġorr messaġġ tant bnin.

    Madwar l-​art kollha, ħafna nies tgħallmuha,

    Lil nies oħrajn jistiednu dawn qegħdin:

    (RITORNELL)

    ‘Ejja ħa tqim Lill-​kbir Sovran.

    Li Ibnu Re; Ngħidulhom b’dan!

    Din l-​għanja dwar is-​Saltna b’ħeġġa tgħallem;

    Lil Alla qim u faħħar ’l ismu l-​kbir.’