Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 66

Xandar l-aħbar tajba

Agħżel rekording bl-awdjo
Xandar l-aħbar tajba
DEHRA

(Rivelazzjoni 14:6, 7)

  1. 1. Tas-​Saltna l-​verità għal żmien twil din inħbiet.

    Però din qed tinkixef f’dawn iż-​żminijiet.

    Ġeħova jħobb is-​sewwa, huwa tant ħanin.

    U jaf l-​istat imwiegħer, midneb, tal-​bnedmin.

    Hu ħejja l-​għan biex Ibnu jsaltan fuq din l-​art;

    Is-​Saltna t’Alla ġiet imwaqqfa

    fil-​ħin u l-​waqt.

    Għal Ibnu xtaq għarusa mżejna ferm b’kull ġieħ,

    Il-​magħżulin tal-​merħla ċkejkna hu jagħtih.

  2. 2. L-​aħbar li nxandru ilha mbassra ħafna żmien.

    Ġeħova jrid li ssir magħrufa f’dawn il-​jiem.

    U magħna żgur jitgħaxxqu l-​anġli jieħdu seh’m

    F’li ngħinu n-​nies biex jiksbu l-​verità u d-​deh’n.

    F’daż-​żmien tat-​tmiem ngħatajna lkoll l-​unur u d-​dmir

    Li ’l ismu nqaddsu,

    u bi dritt nagħtuh kull tifħir.

    B’dan l-​isem bħala Xhieda aħna tant kburin;

    L-​aħbar tas-​Saltna qed inxandru kullimkien.