Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 63

Aħna x-Xhieda taʼ Ġeħova!

Agħżel rekording bl-awdjo
Aħna x-Xhieda taʼ Ġeħova!
DEHRA

(Isaija 43:10-​12)

  1. 1. Statwi jqimu n-​nies tal-​ġnus,

    L-​Alla l-​veru mhux meqjus.

    Dak li Jistaʼ Kollox,

    Wera l’hu glorjuż.

    L-​allat l-​oħra bla valur

    Ma jafux x’ġej fil-​futur.

    Lix-​xhieda tagħhom ma jsibuhomx,

    Għax setgħa t’Alla dawn m’għandhomx.

    (RITORNELL)

    Xhieda taʼ Ġeħova lkoll,

    Mingħajr biżaʼ nwettqu x-​xogħ’l.

    Kbir Alla tagħna hu fit-​tbassir;

    Kulma jgħid dejjem isir.

  2. 2. Ismu b’ħeġġa inxandruh,

    Bi kburija fama ntuh.

    U l-​messaġġ tas-​Saltna

    Bil-​kuraġġ naqsmuh.

    Nuru n-​nies li l-​verità

    Tistaʼ ġġib il-​libertà.

    Jagħmlu progress, u b’ilħna tant sbieħ

    Jgħannu lil Alla kant taʼ ġieħ.

    (RITORNELL)

    Xhieda taʼ Ġeħova lkoll,

    Mingħajr biżaʼ nwettqu x-​xogħ’l.

    Kbir Alla tagħna hu fit-​tbassir;

    Kulma jgħid dejjem isir.

  3.  3. ’L Alla nfaħħru bix-​xandir,

    Jindaf ismu mit-​tmaqdir.

    Aħna nwissu l-​ħżiena

    Għax każbruh bil-​kbir.

    Jaħfer lin-​nies Alla jrid,

    Jekk iduru lejh mill-​ġdid.

    Id-​devozzjoni ġġib ferħ u sliem,

    B’wegħda li ngħixu lkoll bla tmiem.

    (RITORNELL)

    Xhieda taʼ Ġeħova lkoll,

    Mingħajr biżaʼ nwettqu x-​xogħ’l.

    Kbir Alla tagħna hu fit-​tbassir;

    Kulma jgħid dejjem isir.