Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 52

Dedikazzjoni Kristjana

Agħżel rekording bl-awdjo
Dedikazzjoni Kristjana
DEHRA

(Ebrej 10:7, 9)

  1. 1. Ġeħova kien dak li ħalaq

    Dan l-​univers grandjuż.

    Is-​sema tiegħu w anki l-​art;

    Għemil idejh prezzjuż.

    In-​nifs tal-​ħajja hu jagħti

    U juri lill-​ħolqien

    Li hu biss jixraqlu kull tifħir;

    Il-​qima nagħtuh flimkien.

  2. 2. Ġesù ġol-​ilma ġie mgħammed

    Għax ried ġustizzja jġib.

    B’talb ferm solenni ’l Alla qal:

    ‘Se nagħmel li int trid.’

    Xħin mill-​Ġordan huwa telaʼ,

    Midluk Bin Alla sar.

    Hu obda u talab b’lealtà:

    ‘Ħa jsir li trid int fuq l-​art.’

  3. 3. Quddiemek niġu Ġeħova,

    B’tifħir u b’kull unur.

    Ħajjitna niċħdu w lilek Jah

    Niddedikawha żgur.

    Int tajt lil Ibnek ewlieni,

    Li ħallas prezz tant kbir.

    Għalina infusna ma ngħixux

    Għax tiegħek ħajjitna ssir.