Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 48

Kuljum nimxu maʼ Ġeħova

Agħżel rekording bl-awdjo
Kuljum nimxu maʼ Ġeħova
DEHRA

(Mikea 6:8)

  1. 1. Id f’id mal-​għażiż Missierna,

    Miegħu nimxu lkoll kuljum ġwejdin.

    Bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa

    Hu jurina jekk fis-​sew mexjin!

    Lilna pprovda l-​mezz bi mħabbtu

    Biex ħbieb tiegħu nibqgħu żgur.

    B’hekk niddedikaw irwieħna;

    Minn Ġeħova ħadd m’għandu jdur.

  2. 2. Ix-​Xitan jirrabja ħafna

    Hekk kif tmiem id-​dinja fil-​viċin.

    Niffaċċjaw oppożizzjoni;

    Tistaʼ ġġegħ’lna nkunu beżgħanin.

    Imma hu taʼ kenn Ġeħova;

    Qribu rridu nibqgħu żgur

    Biex għal dejjem naqdu lilu.

    B’lealtà imħabbitna tfur.

  3. 3. Alla pprovda tant għajnuna

    Tana ’l Kelmtu u l-​ispirtu wkoll,

    Tana il-​kongregazzjoni,

    Tana t-​talb li bih jismagħna lkoll.

    Hekk kif nimxu maʼ Ġeħova,

    Jgħinna nagħmlu kulm’hu sew,

    Jgħinna nkunu ferm leali

    Hekk kif b’mod modest nitmexxew.