Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 38

Hu se jsaħħek

Agħżel rekording bl-awdjo
Hu se jsaħħek
DEHRA

(1 Pietru 5:10)

  1. 1. Mhux għalxejn Alla lilek tak il-​verità;

    Sejjaħlek minn ġod-​dlam għad-​dawl sabiħ.

    Dan kien għax f’qalbek ra kemm xtaqt int b’mod ħerqan

    Li tfittxu w tagħmel kulm’hu sew bis-​sħiħ.

    Fit-​talb wegħʼdtu li tagħmel li jrid hu;

    Kif għenek qabel jibqaʼ jgħinek żgur.

    (RITORNELL)

    Ta’ Alla issa inti,

    għax xtrak Hu b’demm Ġesù.

    Għalhekk se jissodak

    u jsaħħek; ċert int kun.

    Iħarsek u jmexxik

    kif għamel dejjem żgur hu.

    Tassew se jissodak

    u jsaħħek; ċert int kun.

  2. 2. Lill-​maħbub Ibnu, Alla tah mill-​qalb għalik;

    Tirnexxi jridek żgur, meta tqis dan.

    La ma żammx lura l-​għotja t’Ibnu tant għażiż,

    Bla dubju jagħtik saħħa b’mod kotran.

    Xi mħabba w fidi wrejt hu ma jinsiex.

    Lil dawk li huma Tiegħu jieħu ħsieb.

    (RITORNELL)

    Ta’ Alla issa inti,

    għax xtrak Hu b’demm Ġesù.

    Għalhekk se jissodak

    u jsaħħek; ċert int kun.

    Iħarsek u jmexxik

    kif għamel dejjem żgur hu.

    Tassew se jissodak

    u jsaħħek; ċert int kun.