Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 34

Nimxu bl-integrità

Agħżel rekording bl-awdjo
Nimxu bl-integrità
DEHRA

(Salm 26)

  1. 1. Għarbilni Jah, ara il-​lealtà;

    Fiduċja għandi fik u nżomm l-​integrità.

    Eżaminani u pprovani sew,

    Irfina ’l-​moħħ u ’l-​qalb, berikni int tassew.

    (RITORNELL)

    Determinat li għall-​eternità

    se nibqaʼ sod bħall-​blat f’li nżomm l-​integrità.

  2. 2. Jien ma noqgħodx maʼ dak li hu giddieb.

    Ma’ min is-​sew jistmerr żgur qatt ma nagħmel ħbieb.

    Mal-​ġellidin, jekk jogħġbok, teqridnix;

    Ma’ dawk li jħobbu l-​qerq, Ġeħova tħallatnix.

    (RITORNELL)

    Determinat li għall-​eternità

    se nibqaʼ sod bħall-​blat f’li nżomm l-​integrità.

  3. 3. Wisq nieħu gost li ngħammar f’darek jien.

    Il-​qima pura ferm nappoġġja bla waqfien.

    F’kull ħin inkun madwar artalek kbir

    Biex jien nirringrazzjak; fl-​art kollha ntik tifħir.

    (RITORNELL)

    Determinat li għall-​eternità

    se nibqaʼ sod bħall-​blat f’li nżomm l-​integrità.

(Ara wkoll Salm 25:2.)