Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 28

Niksbu l-ħbiberija taʼ Ġeħova

Agħżel rekording bl-awdjo
Niksbu l-ħbiberija taʼ Ġeħova
DEHRA

(Salm 15)

  1. 1. Min veru jafek sew?

    Min midħla tiegħek sar?

    Int lil min tafda? Ma’ min ħabib?

    Min jgħix f’taʼ Alla d-​dar?

    Kull min tant Kliemek jgħożż

    U għandu fidi fik.

    Dak li leali, li hu tant ġust,

    Jgħix ħajtu biss għalik.

  2. 2. Min jistaʼ jersaq lejk?

    Min hu ħabib tassew?

    Min hu li jferrħek u għaxqa jtik?

    Min b’ismu int taf sew?

    Kull min jobdik mill-​qalb,

    ’L ismek jagħtih unur.

    Min onest f’qalbu, umli, ħanin,

    U tant leali jkun.

  3. 3. Fuqek nistrieħu Jah,

    B’talb niftħu qalbna lkoll.

    Bi mħabba tgħaqqad, b’rabta fis-​sod,

    Tieħu tant ħsiebna wkoll.

    Miegħek nixtiequ żgur

    Li nibqgħu ħbieb mill-​qrib.

    L-​ebda sħubija isbaħ ma ssib;

    Inti l-​aħjar Ħabib.