Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 26

Dan għamiltuh miegħi

Agħżel rekording bl-awdjo
Dan għamiltuh miegħi
DEHRA

(Mattew 25:34-​40)

  1. 1. Nagħ’ġ oħrajn taʼ Ġesù jaqdu mal-​midlukin,

    lill-​għarusa taʼ Kristu jgħinu f’kull ħin.

    Dawk li jfarrġu ’l ħut Kristu

    u jaħdmu flimkien,

    Ġesù jgħid li jtihom il-​ħajja bla tmiem.

    (RITORNELL)

    “Kulm’għamiltu ilkoll maʼ dawn ħuti ż-​żgħar,

    Jien inqisu li miegħi dan ikun sar.

    Il-​faraġ li tagħtu u x-​xogħ’l tax-​xandir

    Hekk kif tgħinu ’l ħuti, jġibli ferħ kbir

    U inqisu li miegħi dan qed isir.”

  2. 2. “Farraġtuni hekk kif kont bil-​għatx u bil-​ġuħ,

    libbistuni, tmajtuni—b’hekk kont milqugħ.”

    U jwiġbuh: “Meta konn’għamilnieh

    miegħek dan?”

    Imbagħ’d iwiġibhom hekk il-​kbir Sultan:

    (RITORNELL)

    “Kulm’għamiltu ilkoll maʼ dawn ħuti ż-​żgħar,

    Jien inqisu li miegħi dan ikun sar.

    Il-​faraġ li tagħtu u x-​xogħ’l tax-​xandir

    Hekk kif tgħinu ’l ħuti, jġibli ferħ kbir

    U inqisu li miegħi dan qed isir.”

  3. 3. “Atti taʼ lealtà u għemejjel tajbin

    rajtkom turi hekk kif xandartu ʼl-​bnedmin.”

    U mbagħ’d lill-​merħla kbira

    li tikber żgur fl-​għadd,

    Jgħid: “Irtu il-​ħajja perfetta fuq l-​art.”