Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 19

L-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej

Agħżel rekording bl-awdjo
L-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej
DEHRA

(Mattew 26:26-​30)

  1. 1. Ġeħova, Missierna fis-​sema,

    O kemm hu qaddis dan il-​lejl!

    Żmien twil ilu wrejt dan—li int kbir u Setgħan,

    Tant għaref u ġust, tħobb bla kejl.

    Il-​Qbiż ġab lin-​nies protezzjoni

    U niesek b’hekk ġew meħlusin.

    Sekli wara, l-​Mulej b’demmu sar il-​Feddej;

    Profeziji b’hekk ġew imwettqin.

  2. 2. L-​inbid u il-​ħobż ifakkruna

    F’kemm kellek int tħallas prezz kbir.

    ʼL Ibnek bgħatt mis-​smewwiet;

    dan ġab bosta barkiet.

    Hu dejjem obdiek bla tgergir.

    Tant grati, li nżommu t-​Tifkira;

    F’dal-​lejl ilkoll nimmeditaw.

    Bil-​mewt t’Ibnek prezzjuż

    ħlist lid-​dinja mid-​dnub,

    B’hekk ilkoll għandna ċ-​ċans li nsalvaw.

  3.  3. Ilkoll miġburin hawn quddiemek

    Biex grazzi ngħidulek f’dal-​lejl;

    ’L Ibnek bgħatt mis-​smewwiet,

    bʼhekk għalina hu miet.

    L-​imħabba li għandkom bla kejl.

    O kemm tonorak it-​Tifkira,

    Din tgħinna biex qatt ma negħjew.

    Kuljum nogħġbu l-​Ħallieq; taʼ Ġesù nsegwu t-​triq,

    U b’hekk niksbu il-​ħajja tassew.