Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 145

Alla jwiegħed Ġenna tal-art

Agħżel rekording bl-awdjo
Alla jwiegħed Ġenna tal-art
DEHRA

(Luqa 23:43)

  1. 1. Ġenna tal-​art Ġeħova wiegħed,

    B’Ibnu Ġesù bħala s-​Sultan;

    Se jtemm id-​dnub, il-​mewt, u l-​ħażen.

    Mid-​dmugħ u wġigħ iġib serħan.

    (RITORNELL)

    Daqt ġenna fl-​art li bil-​ġmiel tfur,

    Bil-​fidi lkoll qed naraw żgur.

    Se jwettaq dan Kristu Ġesù;

    Bir-​rieda t’Alla tgħaxxaq hu.

  2. 2. Dalwaqt hawn fl-​art, skont l-​iskop t’Alla,

    Ġesù se jgħid lil min miet: “Qum!”

    Ġesù stess kien li ta dil-​wegħda:

    ‘F’Ġenna tal-​art int miegħi tkun.’

    (RITORNELL)

    Daqt ġenna fl-​art li bil-​ġmiel tfur,

    Bil-​fidi lkoll qed naraw żgur.

    Se jwettaq dan Kristu Ġesù;

    Bir-​rieda t’Alla tgħaxxaq hu.

  3. 3. Ġenna tal-​art il-​Mulej wegħ’dna.

    Se jmexxi hu bħala Sultan.

    Grazzi mill-​qalb ngħidu ’l Missierna

    Għax hu tant jgħożż lil kull uman.

    (RITORNELL)

    Daqt ġenna fl-​art li bil-​ġmiel tfur,

    Bil-​fidi lkoll qed naraw żgur.

    Se jwettaq dan Kristu Ġesù;

    Bir-​rieda t’Alla tgħaxxaq hu.