Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 14

Infaħħru s-Sultan ġdid tal-art

Agħżel rekording bl-awdjo
Infaħħru s-Sultan ġdid tal-art
DEHRA

(Salm 2:12)

  1. 1. Nies li ġejjin minn kull tribù

    u ġens qegħdin jinġabru,

    Bil-​ħidma taʼ dawk ħutna midlukin

    flimkien maʼ Kristu.

    Is-​Saltna t’Alla issa bdiet;

    Daqt fl-​art se jseħħ dak li Hu ried.

    Dit-​tama hi għotja mis-​smewwiet.

    Imfarrġin imbagħ’d se nkunu.

    (RITORNELL)

    Faħħru lil Ġeħova; Faħħru ’l Ibnu dejjem,

    Sid tas-​sidien, f’unità naqduh.

    Lis-​Sultan tas-​slaten nobdu mill-​qalb

    U lilu tifħir nagħtuh.

  2. 2. Lill-​Kristu is-​Sultan infaħħru

    lkoll b’għajjat taʼ ferħ kbir.

    Dal-​Prinċep żgur se jġib ħelsien;

    Imħallef tagħna se jsir.

    Is-​sliem u l-​ferħ nesperjenzaw:

    Art ħielsa mit-​theddid naraw.

    Dalwaqt il-​mejtin se jirxoxtaw.

    Kulħadd issa bil-​ferħ se jtir!

    (RITORNELL)

    Faħħru lil Ġeħova; Faħħru ’l Ibnu dejjem,

    Sid tas-​sidien, f’unità naqduh.

    Lis-​Sultan tas-​slaten nobdu mill-​qalb

    U lilu tifħir nagħtuh.