Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 139

Immaġinak meta kollox ikun ġdid

Agħżel rekording bl-awdjo
Immaġinak meta kollox ikun ġdid
DEHRA

(Rivelazzjoni 21:1-5)

  1. 1. Quddiem għajnejk lilna lkoll ġib;

    Ngħixu flimkien f’art fejn kollox hu ġdid.

    Aħseb x’se tħoss u kif se jkun

    Li tgħix f’ħelsien u fis-​sliem kuljum.

    Bnedmin mill-​agħ’r mhux se jkun hemm;

    Is-​Saltna t’Alla qatt ma tintemm.

    Żmien taʼ bidu ġdid din l-​art se jkollha żgur,

    Il-​kant taʼ tifħir

    mill-​qalb joħroġ b’tant fervur:

    (RITORNELL)

    “O grazzi, Missier, taʼ kemm wettaqt ġid

    Bir-​renju t’Ibnek sar kollox mill-​ġdid.

    Il-​ferħ li hu fil-​qalb, fl-​għanja tagħna ifur;

    Jixraqlek il-​glorja, t-​tifħir, u kull unur.”

  2.  2. Ħares ftit lejk u lejja wkoll;

    Fid-​dinja l-​ġdida arana ilkoll.

    Ma tara xejn jew tismaʼ ’l ħadd

    Li se jbeżżagħna għax dan hu fatt.

    Kollox bl-​eżatt, perfett inġieb;

    Lill-​bniedem minn qalbu jieħu ħsieb.

    Hu issa se jagħti n-​nifs lura ’l-​mejtin;

    U fl-​għanja jingħaqdu

    għax grati li ħajjin:

    (RITORNELL)

    “O grazzi, Missier, taʼ kemm wettaqt ġid

    Bir-​renju t’Ibnek sar kollox mill-​ġdid.

    Il-​ferħ li hu fil-​qalb, fl-​għanja tagħna ifur;

    Jixraqlek il-​glorja, t-​tifħir, u kull unur.”