Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 134

It-tfal huma wirt mingħand Alla

Agħżel rekording bl-awdjo
It-tfal huma wirt mingħand Alla
DEHRA

(Salm 127:3-​5)

  1. 1. Meta ssiru ġenituri

    Ta’ tarbija li fid-​dinja tkun ġiet,

    B’wirt ġejtu fdati, ibqgħu ftakru;

    Mhumiex biss tagħkom dawn l-​ulied.

    Din l-​għotja ġejja m’għand Ġeħova.

    Is-​Sors taʼ mħabba vera hu l-​Ħallieq.

    Gwida se jagħti ’l-​ġenituri

    Sabiex isegwu dawn l-​aqwa triq.

    (RITORNELL)

    B’wirt sagru żgur li ġejtu fdati;

    Teżor prezzjuż ħajjet l-​ulied.

    Għalhekk l-​aħjar agħtuhom billi

    Tgħallmuhom t’Alla l-​liġijiet.

  2. 2. Dak li Alla jrid u kkmanda—

    Niżżlu f’qalbek u kun ċert li ssegwih.

    Int dwaru tkellem maʼ uliedek;

    Dan huwa l-​wirt li ġejt fdat bih.

    Għalhekk fid-​dar int tkellem magħhom,

    Sew jekk timtedd jew tqum, jew jekk mexjin.

    Jalla la jikbru dan jiftakru,

    Leali jkunu, ferm imberkin.

    (RITORNELL)

    B’wirt sagru żgur li ġejtu fdati;

    Teżor prezzjuż ħajjet l-​ulied.

    Għalhekk l-​aħjar agħtuhom billi

    Tgħallmuhom t’Alla l-​liġijiet.