Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 128

Nissaportu sat-tmiem

Agħżel rekording bl-awdjo
Nissaportu sat-tmiem
DEHRA

(Mattew 24:13)

  1. 1. B’kull wegħda t’Alla w Kelmtu wkoll

    Tistabar tistaʼ int.

    Tamitna żgura, soda hi,

    Kemm fraħt xħin dwarha tgħallimt!

    Żomm dejjem f’moħħok t’Alla l-​jum;

    Hekk il-​fidi qatt ma tmut.

    La twarrab qatt l-​integrità;

    Bil-​provi tkun irfinut.

  2. 2. L-​imħabba illi kellek int

    Fil-​bidu la titlaqx.

    Żomm sod f’kull prova tkun xi tkun;

    B’kuraġġ int stabar tiqafx.

    Tibżax; għad-​dubji iċċedix.

    Taqtax qalbek fit-​tiġrib.

    Ġeħova se jeħilsek żgur;

    Ħa jkun Alla dejjem qrib.

  3.  3. Min jissaporti dritt sat-​tmiem

    Se jiġi żgur salvat.

    Fil-​ktieb tal-​ħajja ismu jżomm;

    Għemilu jkun żgur premjat.

    Is-​sabar mira jkun għalik;

    Ħallih xogħlu jwettaq fik.

    Tħoss lil Ġeħova japprovak;

    Dal-​ħsieb, bil-​ferħ żgur jimliek.