Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 126

Imqajmin, sodi, u setgħanin ibqgħu

Agħżel rekording bl-awdjo
Imqajmin, sodi, u setgħanin ibqgħu
DEHRA

(1 Korintin 16:13)

  1. 1. Imqajmin u sodi ibqgħu;

    Stabru, kunu setgħanin.

    Bil-​kuraġġ ’il quddiem imxu,

    Lejn ir-​rebħa żgur resqin.

    Obdu l-​kmand ċar taʼ Ġesù s-​Sultan,

    Miegħu ieqfu sodi b’mod ħerqan.

    (RITORNELL)

    Imqajmin u sodi lkoll ibqgħu!

    Sat-​tmiem kunu setgħanin!

  2. 2. Imqajmin, f’sensikom ibqgħu,

    Lesti tobdu bla dewmien

    U attenti x’jgħid il-​Kristu

    Bl-​ilsir lealment f’daż-​żmien.

    Kliem l-​anzjani dejjem agħtu kas;

    Jiddefendu s-​sewwa, anki n-​nagħ’ġ.

    (RITORNELL)

    Imqajmin u sodi lkoll ibqgħu!

    Sat-​tmiem kunu setgħanin!

  3.  3. Imqajmin biex l-​aħbar tajba

    Niddefendu f’unità.

    Għalkemm l-​għadu jiġġildilha,

    Sat-​tmiem naqsmu l-​verità.

    Mal-​art kollha ngħajtu ferħanin:

    Ara! Jum Ġeħova fil-​viċin!

    (RITORNELL)

    Imqajmin u sodi lkoll ibqgħu!

    Sat-​tmiem kunu setgħanin!