Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 125

“Henjin dawk li jħennu!”

Agħżel rekording bl-awdjo
“Henjin dawk li jħennu!”
DEHRA

(Mattew 5:7)

  1. 1. Ġeħova jħobb iħenn bil-​kbir,

    Dan mhux bilfors imm’għax irid.

    Fil-​bżonn hu jgħinna minnufih,

    Kull att bħal dan jitgħaxxaq bih.

    Hu jisma’ t-​talb taʼ dawk nedmin

    Għax Alla tagħna tant ħanin.

    Jiftakar li ġejjin mit-​trab,

    Hu ġust u twajjeb maʼ kulħadd.

  2. 2. Jekk dnibna w konna imnikktin

    U l-​maħfra tlabna bla waqfien,

    Ġesù l-​Mulej uriena t-​triq

    Kif niksbu l-​maħfra tal-​Ħallieq.

    “Jekk trid il-​maħfra tal-​Missier,

    Trid taħfer int stess b’mod sinċier.

    Iżżommx ġo qalbek, kun ħanin,

    U l-​paċi tħoss ġo fik f’kull ħin.”

  3. 3. Għotjiet taʼ ħniena nagħtu lkoll

    U sagrifiċċji nagħmlu wkoll.

    U qatt ma nistennew tifħir,

    Il-​ferħ f’li nagħtu huwa kbir.

    Imbagħ’d Ġeħova jippremjak,

    Għax jara kollox—dan hu fatt.

    Kull min iħenn, bil-​ferħ se jtir,

    Sabiħ f’għajnejn Ġeħova jsir.

(Ara wkoll Mt. 6:2-​4, 12-14.)