Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 120

Imitaw il-ħlewwa taʼ Kristu

Agħżel rekording bl-awdjo
Imitaw il-ħlewwa taʼ Kristu
DEHRA

(Mattew 11:28-​30)

  1. 1. Ġesù Kristu kien l-​aqwa bniedem; dan fatt.

    Ma kienx kburi, u ambizzjuż ma kien qatt.

    L-​għan t’Alla tah xogħ’l prominenti u kbir;

    Hu qeda b’qalb sħiħa, w kien umli fl-​aġir.

  2. 2. Lil dawk li jinsabu mħabbtin, mgħobbijin,

    Se jgħinhom iġorru dat-​toqol tant kbir.

    Serħan għal dawk li s-​Saltna jfittxu qegħdin.

    Ġesù qalbu tajba, hu jħobb lill-​ġwejdin.

  3. 3. “Nissejħu lkoll aħwa,” qal Kristu l-​Mulej.

    Ilkoll sottomessi lejh bħala l-​Mexxej.

    Lill-​umli, ’l-​ġwejdin Alla jgħożżhom bħall-​qroll;

    Hu jwiegħed li l-​art b’wirt jagħtihom ilkoll.