Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 119

Irid ikollna l-​fidi

Agħżel rekording bl-awdjo
Irid ikollna l-​fidi
DEHRA

(Ebrej 10:38, 39)

  1. 1. Profeti kien juża Alla fl-​antik

    Biex kliemu jxandruh lill-​bnedmin.

    U llum, hu, permezz taʼ Ibnu l-​għażiż

    Jgħidilna: ‘Kunu nedmin.’

    (RITORNELL)

    Hija l-​fidi tagħna fis-​sod?

    Ħa nsaħħuha biex insalvaw.

    Qed nuruha l-​fidi bl-​għemil?

    B’dit-​tip taʼ fidi l-​ħajja ningħataw.

  2. 2. Il-​kmand taʼ Ġesù żgur nobdu mill-​qalb;

    Ħa nxandru tas-​Saltna l-​aħbar.

    Il-​wegħdi taʼ Alla naqsmu b’kuraġġ.

    Dit-​tama nxandru f’kull dar.

    (RITORNELL)

    Hija l-​fidi tagħna fis-​sod?

    Ħa nsaħħuha biex insalvaw.

    Qed nuruha l-​fidi bl-​għemil?

    B’dit-​tip taʼ fidi l-​ħajja ningħataw.

  3. 3. Bil-​biżaʼ m’aħniex se nċedu żgur qatt;

    Il-​fidi hi ankra fis-​sod.

    Bil-​fidi f’Ġeħova nibqgħu weqfin;

    Ħelsien grandjuż mhux fil-​bogħ’d.

    (RITORNELL)

    Hija l-​fidi tagħna fis-​sod?

    Ħa nsaħħuha biex insalvaw.

    Qed nuruha l-​fidi bl-​għemil?

    B’dit-​tip taʼ fidi l-​ħajja ningħataw.