Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 117

Il-kwalità tat-tjubija

Agħżel rekording bl-awdjo
Il-kwalità tat-tjubija
DEHRA

(2 Kronaki 6:41)

  1. 1. O Ġeħova, Alla twajjeb,

    Kemm beriktna tul is-​snin!

    Int qaddis, tħobb, u leali;

    Mogħdijietek ferm tajbin.

    Ħniena kbira int turina,

    Lanqas biss nimmaġinaw!

    Ferm jistħoqqlok li ntuk qima

    U b’ferħ lilek naduraw.

  2. 2. Il-​bnedmin li għażilt inti,

    Dit-​tjubija jimitaw;

    Kemm fi kliemhom u għemilhom

    U hekk kif dawn jippritkaw.

    Int tagħtina kulm’hu tajjeb,

    Fosthom ragħ’jja u tagħlim.

    Għandna bżonn l-​ispirtu tiegħek

    Ħalli nkunu nies twajbin.

  3. 3. Jah, berkilna kull att tajjeb

    U, jekk jogħġbok, tinsieh qatt.

    Ngħożżu ’l ħutna b’mod speċjali

    W nagħmlu t-​tajjeb maʼ kulħadd.

    Mal-​familja u maʼ ħutna,

    Fuq ix-​xogħ’l u mal-​ġirien,

    B’dak l-​ispirtu qawwi tiegħek

    Nagħmlu t-​tajjeb kullimkien.