Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 114

“Kunu paċenzjużi”

Agħżel rekording bl-awdjo
“Kunu paċenzjużi”
DEHRA

(Ġakbu 5:8)

  1. 1. Ġeħova juri żelu

    Għal ismu kbir u tant qaddis.

    Jixtieq hu b’ħeġġa kbira

    Inaddfu sew minn kull tinġis.

    Tant ilu jissaporti,

    Sa mill-​eqdem żminijiet.

    Paċenzja kbira juri;

    Jistabar hu m’għejiex.

    Jixtieq li in-​nies kollha

    Jobduh ħalli jsalvaw fit-​tmiem.

    Paċenzja kollha mħabba,

    Min-​naħa tiegħu mhux dewmien.

  2. 2. Biex dejjem nogħġbu ’l Alla

    Hemm bżonn paċenzja lkoll nużaw.

    B’hekk nibqgħu kalmi f’qalbna

    U ma ngħaġġlux biex nirrabjaw.

    F’oħrajn naraw it-​tajjeb,

    Nittamaw dejjem fl-​aħjar.

    Dan jgħinna nibqgħu sodi

    Fi żmien taʼ provi kbar.

    Flimkien m’aspetti oħra

    Tal-​frott tal-​ispirtu qaddis,

    Se tgħinna il-​paċenzja

    Biex nixbhu ’l-​kbir Alla l-​għażiż.