Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 111

Ir-raġunijiet tagħna għall-ferħ

Agħżel rekording bl-awdjo
Ir-raġunijiet tagħna għall-ferħ
DEHRA

(Mattew 5:12)

  1. 1. Tant raġunijiet għall-​ferħ għandna,

    Bħall-​għana jogħlew fil-​valur.

    Dawk li Alla jgħożż mill-​ġnus kollha

    Jiżdiedu qegħdin magħna llum.

    Imsejjes sew hu l-​ferħ ġo qalbna,

    Fil-​Bibbja dan qabbad l-​għeruq.

    Kuljum it-​tagħlim nieħdu minnha;

    Dak li smajna, b’fidi nsegwuh.

    Fis-​sod hu dak li jġib ferħ lilna,

    Bħall-​ġamar iħeġġeġ fil-​qalb.

    Għalkemm għawġ u provi ikollna,

    Se jgħinna nistabru it-​talb.

    (RITORNELL)

    Ġeħova s-​sors tagħna tal-​ferħ,

    B’għemilu ilkoll mistagħġbin.

    Fond tiegħu il-​ħsieb, kbir huwa l-​ħolqien,

    F’dan tidher tjubitu f’kull ħin.

  2.  2. Nitgħaxxqu b’dak kollu li ħalaq;

    Is-​sema, il-​baħar, u l-​art.

    Il-​ktieb tal-​ħolqien kbir tant ngħożżu,

    B’għemilek int lilna saħħart.

    Rebbieħa flimkien nagħtu xhieda,

    Saltnatu lin-​nies nippritkaw.

    Kbar huma l-​barkiet li ġġib magħha,

    Hemm bżonn li l-​ġnus kollha jaraw.

    Dalwaqt se jkun hawn ferħ dejjiemi,

    Bħad-​dawl tal-​jum li jsegwi l-​lejl.

    Il-​wegħda t’art u smewwiet ġodda

    Se ġġib ferħ u hena bla kejl.

    (RITORNELL)

    Ġeħova s-​sors tagħna tal-​ferħ,

    B’għemilu ilkoll mistagħġbin.

    Fond tiegħu il-​ħsieb, kbir huwa l-​ħolqien,

    F’dan tidher tjubitu f’kull ħin.