Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 110

“Il-ferħ taʼ Ġeħova”

Agħżel rekording bl-awdjo
“Il-ferħ taʼ Ġeħova”
DEHRA

(Neħemija 8:10)

  1. 1. Juru s-​sinjali li twaqqfet is-​Saltna.

    Din l-​aħbar naqsmu maʼ kulħadd.

    Ħarsu ’il fuq, araw is-​salvazzjoni;

    Żmien il-​ħelsien żgur ġej dalwaqt.

    (RITORNELL)

    Il-​ferħ taʼ Ġeħova l-​qawwa tagħna.

    Leħinna ngħollu b’kant ferrieħ.

    Bit-​tama thennew, qalb grata uru lkoll.

    ’L Alla tagħna ntuh tifħir bil-​ġieħ.

    Il-​ferħ taʼ Ġeħova hu fortizza.

    Setgħetu nippritkaw lin-​nies.

    Lil Alla s-​Sultan kull devozzjoni ntuh.

    Ferħ divin f’ħidmitna jkun bla qies.

  2. 2. Lejh duru intom li tħobbu ’l Ġeħova.

    La tibżgħu xejn, fih biss afdaw.

    Qumu w kantaw, bħar-​ragħ’d għollu leħinkom;

    Għanja taʼ ferħ ’l Alla kantaw.

    (RITORNELL)

    Il-​ferħ taʼ Ġeħova l-​qawwa tagħna.

    Leħinna ngħollu b’kant ferrieħ.

    Bit-​tama thennew, qalb grata uru lkoll.

    ’L Alla tagħna ntuh tifħir bil-​ġieħ.

    Il-​ferħ taʼ Ġeħova hu fortizza.

    Setgħetu nippritkaw lin-​nies.

    Lil Alla s-​Sultan kull devozzjoni ntuh.

    Ferħ divin f’ħidmitna jkun bla qies.