Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 107

Il-mudell divin tal-imħabba

Agħżel rekording bl-awdjo
Il-mudell divin tal-imħabba
DEHRA

(1 Ġwanni 4:19)

  1. 1. Jagħtina l-​Missier mudell tal-​imħabba;

    Xempju bnin, ferm divin.

    Imħabba mill-​qalb f’dak kollu li jagħmel

    Hu wera ċar mal-​kbar u ż-​żgħar.

    Lil Ibnu l-​prezzjuż kien lest li jagħtina

    Biex jgħatti id-​dnub u lilna jifdina;

    M’hemmx prova aħjar taʼ mħabbtu għalina.

    Alla iħobb. Tassew Alla jħobb.

  2. 2. Jekk nimxu f’dit-​triq, l-​imħabba għal ħutna

    Tkun mill-​qalb, żgur mill-​qalb;

    U b’hekk nieħdu ħsieb ’l-​għeżież aħwa tagħna,

    Nuru ’l kulħadd ’mħabba bla għadd.

    Se nuru b’kull mod l-​imħabba prezzjuża

    Lejn Alla u n-​nies; din hija bżonjuża,

    Biex tgħatti d-​dnubiet din għandha tintuża.

    Lill-​aħwa żgur Inħobbu b’fervur.

  3. 3. L-​imħabba mill-​qalb hi rabta li tgħaqqad;

    Nuru din żgur f’kull ħin.

    U Alla l-​Missier mill-​qalb qed jgħidilna:

    “Fejn qatt se ssib għaqda bħal din?”

    Ejjew iksbu l-​ferħ u mħabba hawn magħna,

    L-​ispirtu taʼ Jah żgur qed jirfinana.

    Qed niġu mfakkrin mingħand l-​aħwa tagħna

    Li Alla jħobb. Ġeħova iħobb.