Niżżel:

(1 Timotju 2:4)

  1. Lill-​Alla tagħna rridu nimitaw,

    U bħalu qatt ma nħarsu lejn l-​uċuħ.

    Hu jrid isalva lil kull tip taʼ nies;

    Minn qalbu żgur kulħadd huwa milqugħ.

    (KOR)

    Mhux il-​wiċċ jew minn fejn hu,

    Imma l-​qalb l’ hi taʼ valur.

    Il-​Kelma t’Alla għand kulħadd tinġieb.

    U kull poplu hu prezzjuż,

    B’hekk inxandru b’mod żeluż:

    “Kull bniedem m’Alla jistaʼ jagħmel ħbieb.”

  2. Inkellmu n-​nies ġejjin minn fejn ġejjin,

    U qatt ma nuru il-​parzjalità.

    Ġeħova jgħarbel dak li hemm fil-​qalb

    U fiha jfittex għas-​sinċerità.

    (KOR)

    Mhux il-​wiċċ jew minn fejn hu,

    Imma l-​qalb l’ hi taʼ valur.

    Il-​Kelma t’Alla għand kulħadd tinġieb.

    U kull poplu hu prezzjuż,

    B’hekk inxandru b’mod żeluż:

    “Kull bniedem m’Alla jistaʼ jagħmel ħbieb.”

  3. Dawk li jibżgħu minn Alla w jagħmlu s-​sew

    Żgur minn Ġeħova jkunu maħbubin.

    Dan tgħallimnieh u rridu li nxandruh,

    W hekk nagħmlu maʼ kull xorta taʼ bnedmin.

    (KOR)

    Mhux il-​wiċċ jew minn fejn hu,

    Imma l-​qalb l’ hi taʼ valur.

    Il-​Kelma t’Alla għand kulħadd tinġieb.

    U kull poplu hu prezzjuż,

    B’hekk inxandru b’mod żeluż:

    “Kull bniedem m’Alla jistaʼ jagħmel ħbieb.”