Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 MISTOQSIJA 4

Kif nistaʼ nirranġa l-iżbalji tiegħi?

Kif nistaʼ nirranġa l-iżbalji tiegħi?

GĦALA HU IMPORTANTI

Għax meta tammetti l-iżbalji tiegħek issir persuna iktar responsabbli u taʼ min jafdak.

INT KIEKU X’TAGĦMEL?

Immaġina din ix-xena: Waqt li kien qed jilgħab maʼ sħabu, Tim iwaddab il-ballun u jkisser il-windskrin taʼ karozza tal-ġar tiegħu.

Li kieku kont Tim, int kieku x’tagħmel?

IEQAF U AĦSEB!

GĦANDEK TLIET GĦAŻLIET:

  1. Titlaq tiġri.

  2. Twaħħal f’ħaddieħor.

  3. Tgħid lill-ġar tiegħek x’ġara, u toffri li tħallas l-ispejjeż.

Jistaʼ jkun li titħajjar tagħżel A. Imma dejjem hemm raġunijiet tajba għala għandek tammetti l-iżbalji tiegħek—kemm jekk jinvolvi ħġieġa mkissra u kemm jekk xi ħaġa oħra.

 TLIET RAĠUNIJIET GĦALA GĦANDEK TAMMETTI L-IŻBALJI TIEGĦEK

  1. Għax hekk hu xieraq li tagħmel.

    Il-Bibbja tgħid: “Nixtiequ nġibu ruħna bl-onestà f’kollox.”—Ebrej 13:18.

  2. Għax in-nies huma iktar lesti li jaħfru lil dawk li jammettu l-iżbalji tagħhom.

    Il-Bibbja tgħid: “Min jgħatti n-nuqqasijiet tiegħu m’huwiex se jirnexxi, imma min jistqarrhom u jitlaqhom jintwera ħniena.”—Proverbji 28:13.

  3. L-iktar importanti, għax tkun qed togħġob lil Alla.

    Il-Bibbja tgħid: “Il-qarrieq huwa mistkerrah minn Ġeħova, imma Hu għandu relazzjoni intima mar-retti.”—Proverbji 3:32.

Karina, li għandha 20 sena, ipprovat taħbi ċitazzjoni minn missierha. Imma ma setgħetx iżżommha moħbija għal dejjem. Karina tgħid: “Madwar sena wara, missieri induna li kien hemm ċitazzjoni fuq ismi. Tgħidx kemm ġejt f’inkwiet!”

X’tgħallmet? Karina tgħid: “Jekk tipprova taħbi xi żball tkun biss qed tiggrava s-sitwazzjoni. Xorta jkollok tpatti għalih iktar ’il quddiem!”

KIF TISTAʼ TITGĦALLEM MILL-IŻBALJI TIEGĦEK

Il-Bibbja tgħid: “Ilkoll nitfixklu [jew, nagħmlu żbalji] ħafna drabi.” (Ġakbu 3:2) U bħalma rajna, li tammetti l-iżbalji tiegħek—u mill-ewwel—hu sinjal taʼ umiltà u maturità.

Il-pass li jmiss hu li titgħallem mill-iżbalji tiegħek. Tfajla jisimha Vera tgħid: “Jien nipprova nqis kull żball bħala esperjenza li nitgħallem minnha u nħalliha tgħinni nkun persuna aħjar. Ukoll nitgħallem biex darb’oħra nittratta s-sitwazzjoni b’mod differenti.” Ejja naraw kif int tistaʼ tagħmel dan.

Tieħu r-rota taʼ missierek u tagħmlilha l-ħsara. X’tagħmel wara?

  • Ma tgħid xejn u tittama li missierek ma jindunax.

  • Tgħid lil missierek x’ġara eżatt.

  • Tgħid lil missierek x’ġara imma twaħħal f’xi ħadd ieħor.

Ma tgħaddix minn eżami għax ma tkunx studjajt għalih. X’tagħmel wara?

  • Twaħħal fl-eżami.

  • Tieħu r-responsabbiltà għala ma ġibtx marki tajbin.

  • Tgħid li l-għalliem għandu xi ħaġa kontrik.

Jekk toqgħod thewden fuq l-iżbalji li għamilt fil-passat ikun bħallikieku qed issuq karozza u fl-istess ħin qed tħares fil-mera biex tara wara

 Issa erġaʼ aħseb dwar ix-xeni li għadna kif semmejna, u pprova immaġina li int (1) missierek u (2) l-għalliem tiegħek. Missierek u l-għalliem tiegħek x’se jaħsbu dwarek jekk mill-ewwel tammetti l-iżbalji tiegħek? X’se jaħsbu dwarek jekk tipprova tgħatti l-iżbalji tiegħek?

Issa aħseb dwar żball li għamilt matul is-sena l-oħra u wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin.

X’kien l-iżball? X’għamilt wara?

  • Ipprovajt ngħattih.

  • Waħħalt f’xi ħadd ieħor.

  • Ammettejt mill-ewwel.

Jekk m’ammettejtx l-iżball tiegħek, kif ħassejtek wara?

  • Tajjeb—għaddejtha lixxa!

  • Ħati—Missni għedt il-verità.

Kif stajt tittratta s-sitwazzjoni aħjar?

X’tgħallimt mill-iżball tiegħek?

INT X’TAĦSEB?

Xi nies għala jżommu lura milli jammettu l-iżbalji tagħhom?

In-nies x’se jaħsbu dwarek jekk dejjem tipprova tgħatti l-iżbalji tiegħek, imma x’se jaħsbu dwarek jekk tammetti l-iżbalji tiegħek?—Luqa 16:10.