Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 MISTOQSIJA 10

Il-Bibbja kif tistaʼ tgħinni?

Il-Bibbja kif tistaʼ tgħinni?

GĦALA HU IMPORTANTI

Il-Bibbja tgħid li “l-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla.” (2 Timotju 3:16) Jekk hu veru, allura l-Bibbja tistaʼ tagħtik id-direzzjoni li għandek bżonn.

INT KIEKU X’TAGĦMEL?

Immaġina din ix-xena: David qed isuq fi nħawi fejn xejn ma jidhru familjari. Is-sinjali u t-tabelli juru li mhuwiex fejn suppost qiegħed. David jinduna li ntilef. F’xi ħin waqt li kien qed isuq, qabad triq b’oħra.

Li kieku kont David, int x’kont tagħmel?

IEQAF U AĦSEB!

Għandek diversi għażliet:

  1. Tistaqsi biex jagħtuk direzzjoni.

  2. Tiċċekkja maʼ mappa, jew tuża GPS.

  3. Tibqaʼ ssuq u tittama li b’xi mod issib fejn trid tmur.

Ovvjament, iċ-Ċ hi l-inqas effettiva.

Il-B hi aħjar mill-ewwel waħda. Wara kollox, GPS jew mappa se tkun disponibbli matul il-vjaġġ kollu u se tkun taʼ gwida għalik.

Il-Bibbja tistaʼ tgħinek b’mod simili!

L-iktar ktieb li nbiegħ jistaʼ

  • jiggwidak meta jkollok il-problemi fil-ħajja

  • jgħinek issir taf lilek innifsek u ssir persuna aħjar

  • jurik kif jistaʼ jkollok l-aqwa ħajja possibbli

 TWEĠIBIET GĦALL-MISTOQSIJIET IMPORTANTI TAL-ĦAJJA

Minn meta nibdew nitkellmu, insaqsu mistoqsijiet.

  • Is-sema għala hi blu?

  • L-istilel minn xiex huma magħmulin?

Iktar tard nibdew nistaqsu mistoqsijiet dwar id-dinja taʼ madwarna.

Xi ngħidu jekk it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet minn dejjem kienu disponibbli fil-Bibbja?

Ħafna nies jgħidu li l-Bibbja hi mimlija ħrejjef u leġġendi, li mhix prattika għal żmienna, jew li hi diffiċli wisq biex tifhimha. Imma l-Bibbja hi l-problema, jew dak li semgħu n-nies dwar il-Bibbja l-veru problema? Jistaʼ jkun li ġew informati ħażin?

Pereżempju, xi nies jaħsbu li l-Bibbja tgħid li Alla jikkontrolla d-dinja. Imma dan kif jistaʼ jkun? Id-dinja nqalbet taʼ taħt fuq! Mimlija wġigħ u tbatija, mard u mewt, faqar u diżastri. Kif jistaʼ jkun li Alla taʼ mħabba jkun responsabbli għal dan kollu?

Tixtieq tkun taf it-tweġiba? Dak li tgħid il-Bibbja dwar min jikkontrolla d-dinja jaf jissorprendik!

X’aktarx li nnotajt li l-pariri li nsibu f’dan il-browxer huma bbażati fuq il-Bibbja. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma konvinti li l-Bibbja hi sors taʼ gwida taʼ min joqgħod fuqu. Dan għax hi “mnebbħa minn Alla u tiswa biex tgħallem, twiddeb, tikkoreġi.” (2 Timotju 3:16, 17) Ikun taʼ benefiċċju għalik jekk teżamina dan il-ktieb antik imma fl-istess ħin modern.