Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 MISTOQSIJA 5

Kif nistaʼ nkampa mal-bullying fl-iskola?

Kif nistaʼ nkampa mal-bullying fl-iskola?

GĦALA HU IMPORTANTI

Il-mod kif taġixxi jistaʼ jagħmel l-affarijiet aħjar—jew agħar.

INT KIEKU X’TAGĦMEL?

Immaġina din ix-xena: Thomas ma jridx imur skola llum. Lanqas għada. Qatt iktar. Dan kollu beda tliet xhur ilu meta sħabu tal-iskola xerrdu qlajjiet kattivi. Imbagħad bdew bil-laqmijiet. Xi kultant xi ħadd iwaqqaʼ l-kotba minn id Thomas u jaġixxi bħallikieku mhux apposta, jew persuna minn grupp warajh timbottah, u sakemm Thomas idur, ma jkunx jistaʼ jgħid min kien. Ilbieraħ, il-bullying saħansitra ggrava meta Thomas irċieva theddid onlajn . . .

Li kieku kont Thomas, int kieku x’tagħmel?

IEQAF U AĦSEB!

Int tistaʼ tagħmel xi ħaġa. Infatti int tistaʼ tirbaħ lil bully mingħajr ma tuża l-ponn. Kif?

  •   TIRREAĠIXXIX. Il-Bibbja tgħid: “L-istupidu jisfoga r-rabja għalkollox, imma l-għaref iżomm kalm sa l-aħħar.” (Proverbji 29:11) Jekk tibqaʼ kalm kemm jistaʼ jkun—għall-inqas minn barra—dawk li jkunu qed jibbuljawk jaf jitilfu l-interess.

  • TPATTIX. Il-Bibbja tgħid: “Troddu lil ħadd ħsara bi ħsara.” (Rumani 12:17) Jekk tipprova tivvendika ruħek se tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni.

  • EVITA L-INKWIET. Il-Bibbja tgħid: “Min hu prudenti jara l-gwaj u jinħeba.” (Proverbji 22:3) Sakemm jiddependi minnek, evita nies li jaqilgħu l-inkwiet u sitwazzjonijiet li fihom hemm ċans li jkun hemm il-bullying.

  • IPPROVA WIEĠEB B’MOD LI MA JKUNUX QED JISTENNEW. Il-Bibbja tgħid: “Tweġiba, meta tkun ħelwa, tkeċċi l-korla.” (Proverbji 15:1) Tistaʼ anki tiħodhom biċ-ċajt. Pereżempju, jekk bully jgħid li int oħxon, tistaʼ sempliċement tgħidlu, “Veru, ma nagħmilx ħażin jekk nonqos ftit!”

  • ITLAQ ’L HEMM. “Jekk ma tgħid xejn u twarrab juri li int matur u li int iktar b’saħħtek minn dak li qed jaqbad miegħek,” tgħid Nora li għandha 19-il sena. “Dan juri li taf tikkontrolla lilek innifsek—xi ħaġa li l-bully ma jafx jagħmel.”—2 Timotju 2:24.

  • STINKA BIEX IKOLLOK STIMA XIERQA LEJK INNIFSEK. Il-bulijiet spiss ikunu jafu min huma dawk li għandhom stima baxxa tagħhom infushom u li x’aktarx mhux se jiqfulhom. Għall-kuntrarju, ħafna bulijiet se jħalluk bi kwietek meta jaraw li m’intix se tħallihom jagħmlu li jridu bik.

  • GĦID LIL XI ĦADD. Waħda li qabel kienet taħdem bħala għalliema tgħid: “Jien inħeġġeġ lil kull min qed jiġi bbuljat biex jgħid lil xi ħadd. Din hi l-aħjar ħaġa li tistaʼ tagħmel u tistaʼ tgħin biex twaqqaf lil ħaddieħor milli jiġi bbuljat.”

Fiduċja fik innifsek se tagħtik qawwa li l-bully m’għandux