Taħseb li hi . . .

  • ktieb taʼ għerf tal-​bniedem?

  • ktieb taʼ ħrejjef u leġġendi?

  • l-​Kelma t’Alla?

 X’TGĦID IL-​BIBBJA?

“L-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla.”—2 Timotju 3:16, Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida.

X’JISTAʼ JFISSER DAN GĦALIK?

Tweġibiet sodisfaċenti għall-​mistoqsijiet importanti tal-​ħajja.—Proverbji 2:1-​5.

Gwida taʼ min joqgħod fuqha għall-​ħajja taʼ kuljum.—Salm 119:105.

Tama vera għall-​futur.—Rumani 15:4.

 NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA?

Iva, minn tal-​inqas għal tliet raġunijiet:

  • F’armonija perfetta. Il-​Bibbja nkitbet tul perijodu taʼ 1,600 sena minn madwar 40 individwu differenti. Ħafna minnhom qatt ma ltaqgħu maʼ xulxin. Madankollu, il-​ktieb kollu hu f’armonija u għandu tema waħda prinċipali.

  • Kittieba onesti. Spiss, il-​kittieba tal-​istorja jsemmu biss ir-​rebħiet tal-​poplu tagħhom. B’kuntrast, il-​kittieba tal-​Bibbja b’mod sinċier kitbu kemm in-​nuqqasijiet persunali tagħhom kif ukoll dawk tal-​ġens tagħhom.—2 Kronaki 36:15, 16; Salm 51:1-​4.

  • Profeziji taʼ min joqgħod fuqhom. Il-​Bibbja bassret il-​qerda tal-​belt taʼ Babilonja tal-​qedem madwar 200 sena minn qabel. (Isaija 13:17-​22) Ma wrietx biss il-​mod kif kienet se taqaʼ Babilonja imma saħansitra wkoll l-​isem taʼ min rebaħha!—Isaija 45:1-​3.

    Għadd kbir taʼ profeziji Bibliċi oħrajn ukoll twettqu sal-​inqas dettall. Imma mhux hekk tistenna mill-​Kelma t’Alla?—2 Pietru 1:21.

 AĦSEB DWAR DAN

Il-​Kelma t’Alla kif tistaʼ ttejjiblek ħajtek?

Il-​Bibbja twieġeb din il-​mistoqsija f’​ISAIJA 48:17, 18 u t-​2 TIMOTJU 3:16, 17.