Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

It-tbatija qatt se tintemm?

It-tbatija qatt se tintemm?

Taħseb li . . .

  • iva?

  • le?

  • forsi?

 X’TGĦID IL-​BIBBJA?

“Alla . . . jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom: ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajat jew tbatija.”—Apokalissi 21:3, 4, Il-​Bibbja tal-​Għaqda Biblika Maltija.

X’JISTAʼ JFISSER DAN GĦALIK?

Assiguranza li Alla ma jikkaġunax il-​problemi tagħna.—Ġakbu 1:13.

Faraġ mill-​fatt li nafu li Alla jħoss għalina meta nbatu.—Żakkarija 2:8.

Tama li t-​tbatija kollha żgur se tintemm.—Salm 37:9-​11.

 NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA?

Iva, minn tal-​inqas għal żewġ raġunijiet:

  • Alla jobgħod it-​tbatija u l-​inġustizzja. Ikkunsidra kif Alla Ġeħova ħassu meta l-​poplu tiegħu fi żminijiet Bibliċi ġew trattati bi krudeltà. Il-​Bibbja tgħid li hu kien imnikket minħabba “dawk li kienu qed jaħqruhom.”—Imħallfin 2:18, Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida.

    Alla xejn ma jieħu gost b’dawk li jagħmlu ħsara lil oħrajn. Pereżempju, il-​Bibbja tgħid li hu jistkerrah l-​“idejn li qed ixerrdu demm innoċenti.”—Proverbji 6:16, 17.

  • Alla jimpurtah minna individwalment. Mhux biss kull wieħed jaf “il-​kastig tiegħu u l-​uġigħ tiegħu,” imma anki Ġeħova jafu dan!2 Kronaki 6:29, 30.

    Permezz tas-​Saltna tiegħu, Ġeħova dalwaqt se jtemm it-​tbatija taʼ kull individwu. (Mattew 6:9, 10) Sadanittant, hu jfarraġ b’tenerezza lil dawk li sinċerament qed ifittxuh.—Atti 17:27; 2 Korintin 1:3, 4.

 AĦSEB DWAR DAN

Alla għala jippermetti t-​tbatija?

Il-​Bibbja twieġeb din il-​mistoqsija f’​RUMANI 5:12 u t-​2 PIETRU 3:9.