Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

X’inhu l-iskop t’Alla għalina?

X’inhu l-iskop t’Alla għalina?

META taqra xi gazzetta, tara t-televixin, jew tismaʼ r-radju, int tara u tismaʼ ħafna aħbarijiet dwar il-kriminalità, il-gwerra, u t-terroriżmu. Forsi int personalment qed tbati minħabba xi marda jew minħabba li mietlek xi ħadd li tħobb.

Staqsi lilek innifsek:

  • Alla hekk irid għalija u għal familti?

  • Fejn nistaʼ nsib l-għajnuna biex inkampa mal-problemi tiegħi?

  • Qatt se jkun hawn paċi vera?

Il-Bibbja tagħtina tweġibiet taʼ min joqgħod fuqhom għal dawn il-mistoqsijiet.

 IL-BIBBJA TGĦALLEM LI ALLA SE JAGĦMEL AFFARIJIET TAL-GĦAĠEB FUQ L-ART.

 IBBENEFIKA MINN DAK LI TGĦALLEM IL-BIBBJA

Ikun faċli li taħseb li dak li qrajt fl-ewwel ftit paġni taʼ dan il-ktieb hu biss ħolma. Imma Alla wiegħed li se jagħmel dawn il-bidliet fuq l-art dalwaqt, u l-Bibbja tispjega kif se jagħmel dan.

Il-Bibbja tagħmel iktar minn hekk. Tgħidilna dak li għandna bżonn inkunu nafu sabiex inkunu verament ferħanin u ngawdu l-ħajja issa stess. Aħseb ftit dwar l-affarijiet li jġegħluk tinkwieta. Dawn forsi jinkludu l-flus jew kwistjonijiet tal-familja, saħħa batuta, jew il-mewt taʼ xi ħadd li tħobb. Il-Bibbja tistaʼ tgħinek tkampa maʼ dawn il-problemi u tistaʼ tfarrġek billi twieġeb mistoqsijiet bħal dawn:

 Il-fatt li qed taqra dan il-ktieb juri li int trid tkun taf x’tgħallem il-Bibbja. Dan il-ktieb se jgħinek. Hemm mistoqsijiet mal-paragrafi u dawn se jgħinuk tifhem il-Bibbja aħjar. Miljuni taʼ nies jieħdu pjaċir jiddiskutu l-Bibbja max-Xhieda taʼ Ġeħova. Nittamaw li int tkun wieħed minnhom. Jalla Alla jbierkek hekk kif tiskopri dak li tistaʼ titgħallem mill-Bibbja!