Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Introduzzjoni għal sezzjoni 8

Introduzzjoni għal sezzjoni 8

Ġeħova bierek lil Salamun b’ħafna għerf u tah il-​privileġġ li jibni t-​tempju, imma hu bil-​mod il-​mod telaq lil Ġeħova. Jekk int ġenitur, għin lil bintek jew lil ibnek jifhem kif nies li kienu jqimu allat foloz wasslu lil Salamun biex jitbiegħed minn Alla. It-​tmexxija tal-​pajjiż inqasmet, u slaten ħżiena wasslu lill-​poplu biex jaqaʼ fl-​apostasija u jqim l-​idoli. F’dan iż-​żmien, ħafna profeti leali taʼ Ġeħova kienu ppersegwitati u maqtula. Is-​Sultana Ġeżabel daħħlet is-​saltna tat-​Tramuntana f’iktar apostasija. Kien żmien diffiċli fl-​istorja taʼ Iżrael. Imma xorta waħda kien baqaʼ qaddejja leali taʼ Ġeħova fost l-​Iżraelin, bħas-​Sultan Ġeħosafat u l-​profeta Elija.

F'DIN IT-TAQSIMA

LEZZJONI 44

Tempju għal Ġeħova

Alla jaċċetta t-talba taʼ Salamun u jagħtih privileġġi kbar.

LEZZJONI 45

It-tmexxija tal-pajjiż tinqasam

Ħafna Iżraelin jieqfu jaqdu lil Ġeħova.

LEZZJONI 46

Ġeħova juri li hu l-Alla l-veru

Min hu l-Alla l-veru? Ġeħova jew Bagħal?

LEZZJONI 47

Ġeħova jsaħħaħ lil Elija

Taħseb li Ġeħova jistaʼ jsaħħaħ lilek ukoll?

LEZZJONI 48

Tifel taʼ armla jiġi mqajjem mill-mewt

Żewġ mirakli fl-istess dar!

LEZZJONI 49

Sultana kattiva tiġi kkastigata

Ġeżabel tagħmel pjan biex toqtol Iżraeli jismu Nabot ħalli tisraq l-għalqa tiegħu! Ġeħova ra l-ħażen tagħha.

LEZZJONI 50

Ġeħova jipproteġi lil Ġeħosafat

Is-sultan it-tajjeb Ġeħosafat, idur lejn Alla bit-talb meta l-għedewwa jipprovaw jiġġieldu kontra l-poplu Tiegħu.