Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 39

L-ewwel sultan taʼ Iżrael

L-ewwel sultan taʼ Iżrael

Ġeħova kien ta mħallfin lill-​Iżraelin biex imexxuhom, imma huma riedu sultan minflok. Huma qalu lil Samwel: ‘Il-​popli kollha taʼ madwarna għandhom sultan. Aħna rridu wieħed ukoll.’ Samwel ħass li dan ma kienx sew, u għalhekk talab lil Ġeħova. Ġeħova wieġbu: ‘In-​nies mhux minnek ma jridux jisimgħu, minni ma jridux jisimgħu. Għidilhom li jistaʼ jkollhom sultan, imma dan se jitlob ħafna affarijiet mingħandhom.’ Minkejja dan, in-​nies qalu: ‘Ma jinteressaniex. Aħna rridu sultan!’

Ġeħova qal lil Samwel li raġel jismu Sawl kien se jkun l-​ewwel sultan. Meta Sawl mar iżur lil Samwel f’Rama, Samwel għamel lil Sawl sultan billi ferraʼ ż-​żejt fuq rasu.

Iktar tard Samwel ġabar l-​Iżraelin flimkien biex jurihom is-​sultan il-​ġdid tagħhom. Imma huma ma setgħux isibu lil Sawl. Taf għala? Għax hu kien mar jistaħba qalb l-​affarijiet. Meta fl-​aħħar sabu lil Sawl, huma ħarġuh barra u qegħduh fin-​nofs. Sawl kien l-​itwal wieħed fosthom u kien vera sabiħ. Samwel qal: ‘Araw il-​wieħed li Ġeħova għażel.’ Meta n-​nies raw lis-​sultan bdew jifirħu ħafna!

Għall-​ewwel, is-​Sultan Sawl sema’ minn Samwel u obda lil Ġeħova. Imma mbagħad hu nbidel. Pereżempju, is-​sultan ma kellux dritt joffri sagrifiċċji. Darba waħda, Samwel qal lil Sawl biex jistennieh jiġi lura, imma Samwel ma marx mill-​ewwel. Għalhekk, Sawl iddeċieda li joffri s-​sagrifiċċji hu stess. X’għamel Samwel? Hu qallu: ‘Int m’obdejtx lil Ġeħova.’ Kien Sawl tgħallem mill-​iżball tiegħu?

Iktar tard, meta Sawl mar jiġġieled mal-​Għamalekin, Samwel qal lil Sawl biex ma jħalli lil ħadd minnhom ħaj. Imma Sawl iddeċieda li ma joqtolx lis-​Sultan Agag. Ġeħova qal lil Samwel: ‘Sawl telaqni, u hu ma semax minni.’ Samwel kien imdejjaq ħafna, u hu qal lil Sawl: ‘Minħabba li int ma bqajtx tobdi lil Ġeħova, hu se jagħżel sultan  ieħor.’ Xħin Samwel dar biex jitlaq, Sawl qabdu mit-​tarf tal-​libsa tiegħu u din iċċartet. Imbagħad Samwel qal lil Sawl: ‘Ġeħova ħadlek is-​saltna minn taħt idejk.’ Ġeħova kien se jagħti t-​tmexxija lil xi ħadd ieħor li jkun iħobbu u jobdih.

“Li tobdi hu aħjar minn xi sagrifiċċju.”—1 Samwel 15:22