Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Introduzzjoni għal sezzjoni 7

Introduzzjoni għal sezzjoni 7

Din is-​sezzjoni tiġbor ir-​rakkont tal-​ħajja tas-​Sultan Sawl u dik tas-​Sultan David, perijodu taʼ madwar 80 sena. Fil-​bidu, Sawl kien umli u leali lejn Ġeħova, imma mbagħad inbidel u ma segwiex id-​direzzjoni taʼ Ġeħova. B’hekk, Ġeħova m’aċċettahx iżjed, u maż-​żmien qal lil Samwel biex jagħżel lil David biex ikun hu s-​sultan taʼ Iżrael. Sawl beda jgħir u pprova joqtol lil David ħafna drabi, imma David qatt ma pattihielu. It-​tifel taʼ Sawl, Ġonatan, kien jaf li kien Ġeħova li għażel lil David, u għalhekk kien leali lejn David. David għamel dnubiet serji, imma hu qatt ma rrifjuta d-​dixxiplina taʼ Ġeħova. Jekk int ġenitur, għin lil bintek jew lil ibnek jara l-​importanza li jkun dejjem ubbidjenti u leali lejn Ġeħova u lejn dawk li Hu jagħżel biex jieħdu ħsieb it-​tmexxija.

F'DIN IT-TAQSIMA

LEZZJONI 39

L-ewwel sultan taʼ Iżrael

Alla ta mħallfin lill-Iżraelin biex imexxuhom, imma huma riedu sultan. Samwel għamel lil Sawl bħala l-ewwel sultan. Iktar tard Ġeħova rrifjuta lil Sawl. Għala?

LEZZJONI 40

David u Gulija

Ġeħova jagħżel lil David biex ikun is-sultan li jmiss t’Iżrael, u David juri għala hu kien għażla tajba.

LEZZJONI 41

David u Sawl

Għala wieħed minn dawn l-irġiel jobgħod lill-ieħor? Il-wieħed li jobgħod x’jagħmel?

LEZZJONI 42

Ġonatan kien kuraġġuż u leali

It-tifel tas-sultan isir ħabib tal-qalb taʼ David.

LEZZJONI 43

Id-dnub tas-Sultan David

Deċiżjoni ħażina twassal għal ħafna problemi.