Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 30

Raħab ħbiet l-ispiji

Raħab ħbiet l-ispiji

Meta l-​ispiji Iżraelin marru fil-​belt taʼ Ġeriko, dawn qagħdu fid-​dar taʼ mara jisimha Raħab. Is-​sultan taʼ Ġeriko sar jaf b’dan u bagħat is-​suldati fid-​dar taʼ Raħab. Hi ħbiet iż-​żewġ spiji fuq il-​bejt u lis-​suldati bagħtithom f’direzzjoni oħra. Hi qalet lill-​ispiji: ‘Jien se ngħinkom għax naf li Ġeħova qiegħed magħkom u li intom se tirbħu l-​art. Jekk jogħġobkom wegħduni li ssalvaw il-​familja tiegħi.’

L-​ispiji qalu lil Raħab: ‘Aħna nwegħduk li ħadd minn dawk li jkun fid-​dar tiegħek mhu se jweġġaʼ.’ Huma qalulha: ‘Orbot qafla ħamra mat-​tieqa tiegħek, u l-​familja tiegħek tibqaʼ ħajja.’

Raħab niżżlet l-​ispiji b’ħabel mit-​tieqa tagħha. Huma marru fil-​muntanji u nħbew hemm għal tlett ijiem qabel ma marru lura għand Ġożwè. Imbagħad, l-​Iżraelin qasmu x-​Xmara Ġordan u ppreparaw biex jieħdu l-​art. Ġeriko kienet l-​ewwel art li huma rebħu. Ġeħova qalilhom biex jimmarċjaw madwar il-​belt darba kuljum għal sitt ijiem. Fis-​sebaʼ jum, huma mmarċjaw madwar  il-​belt għal sebaʼ darbiet. Imbagħad il-​qassisin daqqew it-​trumbetti tagħhom, u s-​suldati għajtu kemm felħu. Is-​swar tal-​belt waqgħu u tfarrku! Imma d-​dar taʼ Raħab, li kienet parti mis-​sur, ma waqgħetx. Raħab u l-​familja tagħha salvaw għax hi fdat f’Ġeħova.

“Bl-​istess mod ma kinitx ukoll Raħab . . . iddikjarata ġusta bl-​għemejjel, wara li kienet laqgħet lill-​messaġġiera bl-​ospitalità u bagħtithom minn triq oħra?”—Ġakbu 2:25