Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 29

Ġeħova għażel lil Ġożwè

Ġeħova għażel lil Ġożwè

Wara li mexxa lill-​poplu t’Iżrael għal ħafna snin, Mosè kien wasal biex imut. Ġeħova qallu: ‘Inti mhux se tkun il-​wieħed li ddaħħal lill-​Iżraelin fl-​Art Imwiegħda. Imma jien se nħallik tara l-​art.’ Mosè mbagħad talab lil Ġeħova biex jagħżel mexxej ġdid ħalli jieħu ħsieb il-​poplu. Ġeħova qallu: ‘Mur għand Ġożwè, u għidlu li hu l-​wieħed li se jmexxi.’

Mosè qal lill-​poplu li hu dalwaqt kien se jmut u li Ġeħova kien għażel lil Ġożwè bħala l-​wieħed li se jdaħħalhom fl-​Art Imwiegħda. Imbagħad, Mosè qal lil Ġożwè: ‘Tibżax. Ġeħova se jgħinek.’ Ftit wara, Mosè telaʼ fuq nett tal-​Muntanja Nebo, fejn Ġeħova wrieh l-​art li Hu kien wiegħed lil Abraham, lil Iżakk, u ’l Ġakobb. Mosè kellu 120 sena meta miet.

Ġeħova qal lil Ġożwè: ‘Aqsam ix-​Xmara Ġordan, u mur f’Kangħan. Jien se ngħinek bħalma għent lil Mosè. Kun ċert li taqra l-​Liġi tiegħi kuljum. Tibżax u kun kuraġġuż. Mur u agħmel dak li kkmandajtek tagħmel.’

Ġożwè bagħat żewġ spiji fil-​belt taʼ Ġeriko. Fl-​istorja li  jmiss se nitgħallmu aktar x’ġara hemmhekk. Meta ġew lura, huma qalu li kien żmien tajjeb biex imorru f’Kangħan. L-​għada, Ġożwè qal lill-​poplu biex iżarma l-​kampijiet. Wara, hu bagħat fuq quddiem nett lill-​qassisin li kienu qed iġorru l-​arka tal-​patt biex jimxu lejn ix-​Xmara Ġordan. Ix-​xmara kienet qed tfur bl-​ilma. Imma hekk kif saqajn il-​qassisin messew mal-​ilma, ix-​xmara ma baqgħetx tfur u l-​ilma li kien fiha nixef! Il-​qassisin imxew lejn in-​nofs tax-​xmara u baqgħu hemm sakemm il-​poplu kollu t’Iżrael qasam għan-​naħa l-​oħra. Taħseb li dan il-​miraklu fakkarhom f’dak li Ġeħova kien għamel ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar?

Fl-​aħħar, wara dawk is-​snin kollha, l-​Iżraelin waslu fl-​Art Imwiegħda. Huma setgħu jibnu djar u bliet. Fl-​għelieqi setgħu jiżirgħu wkoll il-​ħxejjex, id-​dwieli tal-​għeneb, u s-​siġar tal-​frott. Fl-​Art Imwiegħda, tant kien hemm affarijiet tajbin tal-​ikel u xorb, li din kienet tissejjaħ art li tnixxi ħalib u għasel.

‘Ġeħova se jmexxik il-​ħin kollu u jissodisfalek ruħek saħansitra f’art niexfa.’—Isaija 58:11