Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 27

Huma ħaduha kontra Ġeħova

Huma ħaduha kontra Ġeħova

Ftit taż-​żmien wara, waqt li l-​Iżraelin kienu fid-​deżert, Koraħ, Datan, Abiram, u 250 oħra ħaduha kontra Mosè u Aron. Dawn qalulhom: ‘Issaportejniekom biżżejjed! Għala għandek tkun int il-​mexxej tagħna u Aron il-​qassis il-​kbir? Ġeħova mhuwiex biss miegħek u m’Aron, imma hu magħna wkoll.’ Ġeħova ma ħax gost. Għalih, dawn kienu qed jirribellaw kontrih!

Mosè qal lil Koraħ u lil dawk li ngħaqdu miegħu: ‘Għada ejjew it-​tabernaklu, u ġibu magħkom ir-​reċipjenti għall-​inċens mimlijin. Ġeħova se jurina lil min ikun għażel.’

L-​għada, Koraħ u l-​250 raġel marru biex jiltaqgħu maʼ Mosè ħdejn it-​tabernaklu. Hemmhekk huma ħarqu l-​inċens bħallikieku kienu qassisin. Ġeħova qal lil Mosè u lil Aron: ‘Infirdu minn maʼ Koraħ u l-​irġiel tiegħu.’

Għalkemm Koraħ kien mar jiltaqaʼ maʼ Mosè ħdejn it-​tabernaklu, Datan, Abiram, u l-​familji tagħhom ma ridux imorru. Ġeħova qal lill-​Iżraelin biex jersqu minn ħdejn it-​tined taʼ Koraħ, Datan, u Abiram. L-​Iżraelin resqu mill-​ewwel. Datan,  Abiram, u l-​familji tagħhom ħarġu minn ġot-​tined tagħhom. F’daqqa waħda, l-​art infetħet u belgħethom kollha! Ħdejn it-​tabernaklu niżel nar mis-​sema u ħaraq lil Koraħ u lill-​250 raġel.

Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: ‘Ħu bastun mingħand il-​kap taʼ kull tribù, u ikteb isem kull wieħed fuq il-​bastun tiegħu. Imma fuq il-​bastun tat-​tribù taʼ Levi ikteb isem Aron. Poġġihom fit-​tabernaklu, u l-​bastun tar-​raġel li jien nagħżel se joħroġ il-​fjuri.’

L-​għada, Mosè ħareġ il-​bsaten kollha u wriehom lill-​kapijiet tat-​tribujiet. Il-​bastun t’Aron kellu l-​fjuri ħerġin minnu, u anki lewż misjur. B’dan il-​mod, Ġeħova wera ċar li hu kien għażel lil Aron biex ikun il-​qassis il-​kbir.

“Kunu ubbidjenti lejn dawk li qed imexxu fostkom u kunu sottomessi lejhom.”—Ebrej 13:17