Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Introduzzjoni għal sezzjoni 5

Introduzzjoni għal sezzjoni 5

Xahrejn wara li qasmu l-​Baħar l-​Aħmar, l-​Iżraelin waslu ħdejn il-​Muntanja Sinaj. Hemmhekk, Ġeħova għamel patt magħhom biex huma jkunu l-​poplu speċjali tiegħu. Hu pproteġiehom u pprovdielhom dak kollu li kellhom bżonn—il-​manna biex jieklu, ħwejjeġ li ma tqattgħux, u post bla periklu fejn jgħixu. Jekk int ġenitur, għin lil bintek jew lil ibnek jifhem għala Ġeħova ta lill-​Iżraelin il-​Liġi, it-​tabernaklu, u x-​xogħol li kellu jagħmel il-​qassis. Uri kemm hu importanti li nwettqu dak li ngħidu, nibqgħu umli, u nkunu dejjem leali lejn Ġeħova.

F'DIN IT-TAQSIMA

LEZZJONI 23

Wegħda lil Ġeħova

L-Iżraelin għamlu wegħda speċjali lil Alla meta kienu kkampjati ħdejn il-Muntanja Sinaj.

LEZZJONI 24

Huma ma żammewx il-wegħda tagħhom

Waqt li Mosè kien qed jingħata l-Għaxar Kmandamenti, in-nies għamlu dnub serju.

LEZZJONI 25

Tabernaklu għall-qima

F’din it-tinda speċjali kien hemm l-arka tal-patt.

LEZZJONI 26

Tnax-il spija

Ġożwè u Kaleb kienu differenti minn dawk l-għaxra l-oħra li tkixxfu l-art taʼ Kangħan.

LEZZJONI 27

Huma ħaduha kontra Ġeħova

Koraħ, Datan, Abiram, u 250 raġel ieħor naqsu milli jagħrfu fatt importanti dwar Ġeħova.

LEZZJONI 28

Il-ħmara taʼ Balgħam titkellem

Il-ħmara rat lil xi ħadd li Balgħam ma setax jara.