Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Introduzzjoni għal sezzjoni 4

Introduzzjoni għal sezzjoni 4

Din is-​sezzjoni tlaqqagħna maʼ Ġużeppi, Ġob, Mosè, u l-​Iżraelin. Ilkoll issaportew ħafna waqt l-​attakki tax-​Xitan. Xi wħud minnhom ġew trattati ħażin, mitfugħin il-​ħabs, kienu lsiera, u anke batew minħabba l-​mewt f’daqqa tal-​maħbubin tagħhom. Minkejja dan, Ġeħova pproteġiehom b’diversi modi. Jekk int ġenitur, għin lil bintek jew lil ibnek biex jifhem kif dawn il-​qaddejja taʼ Ġeħova ma tilfux il-​fidi minkejja li sofrew affarijiet mill-​agħar.

Ġeħova bagħat l-​Għaxar Kastigi biex juri li hu iktar setgħan mill-​allat kollha tal-​Eġittu. Għinhom jaraw kif Ġeħova pproteġa lill-​poplu tiegħu fil-​passat u kif jagħmel dan anke llum.

F'DIN IT-TAQSIMA

LEZZJONI 14

Ilsir li obda lil Alla

Ġużeppi għamel it-tajjeb, imma xorta bata. Għala?

LEZZJONI 15

Ġeħova qatt ma nesa lil Ġużeppi

Għalkemm Ġużeppi kien ’il bogħod minn familtu, kien jidher ċar li Alla kien miegħu.

LEZZJONI 16

Min kien Ġob?

Hu obda lil Ġeħova anki meta kien diffiċli.

LEZZJONI 17

Mosè għażel li jqim lil Ġeħova

Meta kien tarbija, omm Mosè salvatlu ħajtu bil-pjan tajjeb li ġie f’moħħha.

LEZZJONI 18

Is-siġra tal-għollieq taqbad

In-nar għala ma ħaraqx lis-siġra tal-għollieq?

LEZZJONI 19

L-ewwel tliet kastigi

Il-Fargħun ġab diżastru fuq in-nies tiegħu minħabba l-kburija, minflok ma sempliċiment ħa azzjoni waħda.

LEZZJONI 20

Sitt kastigi oħra

Dawn il-kastigi kif kienu differenti mill-ewwel tlieta?

LEZZJONI 21

L-għaxar kastig

Dan il-kastig tant kien taʼ niket li anke l-Fargħun bil-kburija kollha tiegħu fl-aħħar ċeda.

LEZZJONI 22

Il-miraklu tal-Baħar l-Aħmar

Il-Fargħun irnexxielu jibqaʼ ħaj sal-għaxar kastig, imma salva minn dan il-miraklu li għamel Alla?