Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 7

It-Torri taʼ Babel

It-Torri taʼ Babel

Wara d-​Dulluvju, it-​tfal taʼ Noè u n-​nisa tagħhom kellhom ħafna tfal. Il-​familji tagħhom kibru, u bdew jinxterdu mal-​art kollha, kif Ġeħova kien qalilhom biex jagħmlu.

Imma xi ftit mill-​familji m’obdewx lil Ġeħova. Huma qalu: ‘Ejja nibnu belt u nibqgħu hawn. U nibnu torri għoli ħafna li jilħaq is-​sema. Imbagħad insiru popolari.’

 Ġeħova ma kienx ferħan b’dak li kienu qed jagħmlu dawn in-​nies, allura ddeċieda li jwaqqafhom. Taf x’għamel biex iwaqqafhom? Hu, f’daqqa waħda, ġegħelhom jitkellmu b’lingwi differenti. Imbagħad, minħabba li ma bdewx jifhmu lil xulxin, huma ma baqgħux jibnu. Il-​belt li kienu qed jibnu saret magħrufa bħala Babel, li tfisser “Konfużjoni.” Minħabba f’hekk, in-​nies bdew jitilqu minn hemm u jmorru f’partijiet oħra tal-​art. Imma xorta baqgħu jagħmlu affarijiet ħżiena fil-​postijiet li marru jgħixu. Taħseb li kien hemm nies li kienu għadhom iħobbu lil Ġeħova? Ħa nsiru nafu fil-​lezzjoni li jmiss.

“Kulmin jitgħolla jiġi umiljat, imma min jumilja ruħu jitgħolla.”—Luqa 18:14