Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 13

Ġakobb u Għesaw jagħmlu paċi

Ġakobb u Għesaw jagħmlu paċi

Ġeħova wiegħed lil Ġakobb li kien se jipproteġih bħalma kien ipproteġa lil Abraham u Iżakk. Ġakobb issetilja f’post jismu Ħaran. Hemmhekk hu żżewweġ, kellu familja kbira, u sar sinjur ħafna.

Maż-​żmien, Ġeħova qal lil Ġakobb: ‘Erġaʼ lura f’art twelidek.’ Allura, Ġakobb u l-​familja tiegħu bdew il-​vjaġġ twil tagħhom lura. Fi triqithom, il-​qaddejja taʼ Ġakobb ġew fuqu u qalulu: ‘Ġej ħuk Għesaw, u miegħu għandu 400 raġel!’ Ġakobb beda jibżaʼ li Għesaw ried iweġġaʼ lilu u lil familtu. Għalhekk hu talab lil Ġeħova: ‘Jekk jogħġbok, ipproteġini minn ħija.’ L-​għada, Ġakobb bagħat bħala rigal lil Għesaw ħafna nagħaġ, mogħoż, baqar, iġmla, u ħmir.

Dak il-​lejl, meta Ġakobb kien waħdu, ra anġlu! L-​anġlu beda jissara miegħu. Huma ssaraw flimkien sa filgħodu. Għalkemm Ġakobb kien imweġġaʼ, hu ma riedx iċedi. L-​anġlu qallu: ‘Itlaqni.’ Imma biex ikun ċert li Ġeħova kien se jgħinu, Ġakobb qallu: ‘Le, mhux qabel ma tberikni.’

L-​anġlu fl-​aħħar bierek lil Ġakobb. Issa Ġakobb kien jaf li Ġeħova ma kienx se jħalli lil Għesaw iweġġgħu.

Dakinhar filgħodu, Ġakobb ħares fil-​bogħod u ra lil Għesaw u l-​400 raġel. Ġakobb mar fuq in-​naħa taʼ quddiem tal-​familja u miel quddiem ħuh sebaʼ darbiet. Għesaw ġera lejn Ġakobb  u għannqu. Iż-​żewġ aħwa nfaqgħu jibku u għamlu paċi. Kif taħseb li ħassu Ġeħova għal mod kif Ġakobb aġixxa f’din is-​sitwazzjoni?

Iktar tard, Għesaw mar lura lejn daru, u Ġakobb kompla bil-​vjaġġ tiegħu. Ġakobb kellu b’kollox 12-​il tifel. L-​ismijiet tagħhom kienu Ruben, Simegħon, Levi, Ġuda, Dan, Naftali, Gad, Aser, Issakar, Żebulun, Ġużeppi, u Benjamin. Wieħed minnhom—Ġużeppi—Ġeħova użah biex isalva lill-​poplu Tiegħu. Taf kif? Ejja naraw.

“Komplu ħobbu lill-​għedewwa tagħkom u itolbu għal dawk li qed jippersegwitawkom sabiex turu li intom ulied Missierkom li hu fis-​smewwiet.”—Mattew 5:44, 45