Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 4

Ir-rabja tiegħu wasslitu biex joqtol

Ir-rabja tiegħu wasslitu biex joqtol

Wara li Adam u Eva tkeċċew mill-​ġnien tal-​Għeden, huma kellhom ħafna tfal. L-​ewwel tifel tagħhom, Kajjin, sar bidwi, u t-​tieni tifel, Abel, sar ragħaj.

Darba waħda, Kajjin u Abel taw offerti lil Ġeħova. Taf x’inhi offerta? Hi rigal speċjali. Ġeħova kien ferħan bl-​offerta taʼ Abel, imma ma kienx ferħan b’taʼ Kajjin. Minħabba f’hekk, Kajjin irrabja ħafna. Ġeħova wissa lil Kajjin li r-​rabja tiegħu setgħet twasslu biex jagħmel xi ħaġa ħażina. Imma Kajjin ma semax minnu.

Minflok, Kajjin qal lil Abel: ‘Ejja fl-​għalqa miegħi.’ Xħin kienu waħedhom fl-​għalqa, Kajjin attakka lil ħuh u qatlu.  Ġeħova x’għamel dwar dan? Ġeħova kkastiga lil Kajjin billi bagħtu ’l bogħod mill-​familja tiegħu. Kajjin qatt ma kien se jitħalla jerġaʼ jiġi lura.

X’nistgħu nitgħallmu minn dan? Aħna għandna mnejn nibdew inħossuna rrabjati jekk l-​affarijiet ma jmorrux kif naħsbu li għandhom imorru. Jekk inħossu r-​rabja tikber fina—jew jekk oħrajn jiftħulna għajnejna għax jinnotaw ir-​rabja tagħna—aħna għandna mill-​ewwel nikkontrollaw u nbiddlu l-​mod kif inħossuna qabel ma r-​rabja tikkontrolla lilna.

Talli Abel ħabb lil Ġeħova u għamel it-​tajjeb, Ġeħova qatt mhu se jinsieh. Alla se jirxoxta lil Abel meta Hu jagħmel l-​art ġenna.

“Mur l-​ewwel agħmel paċi maʼ ħuk, u mbagħad, meta tkun ġejt lura, offri l-​għotja tiegħek.”—Mattew 5:24