Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 3

Adam u Eva m’obdewx lil Alla

Adam u Eva m’obdewx lil Alla

Darba waħda, meta Eva kienet waħedha, kellimha serp. Dan qal: ‘Veru li Alla mhux se jħallikom tieklu mis-​siġar kollha?’ Eva wieġbet: ‘Nistgħu nieklu mis-​siġar kollha ħlief minn waħda. Jekk nieklu minn dik is-​siġra aħna mmutu.’ Is-​serp qalilha: ‘Żgur li ma tmutux. Infatti, jekk tieklu minnha, intom tkunu bħal Alla.’ Kien veru dan? Le, din kienet gidba. Imma Eva emmnitha. Iktar ma ħarset lejn il-​frott, iktar beda jħajjarha. Hi kielet mill-​frott u tat ftit minnu lil Adam. Hu kien jaf li kien se jmut jekk ma jobdix lil Alla. Imma Adam xorta kiel mill-​frott.

Dakinhar filgħaxija, Ġeħova kellem lil Adam u Eva. Hu staqsiehom għala m’obdewhx. Eva waħħlet fis-​serp, u Adam waħħal f’Eva. Talli Adam u Eva m’obdewhx, Ġeħova keċċiehom ’il barra mill-​ġnien. Biex jagħmel ċert li ma jerġgħux jidħlu hemm, hu poġġa anġli u xabla taqbad bin-​nar iddur fl-​entratura.

Ġeħova qal li dak il-​wieħed li gideb lil Eva kien se jiġi kkastigat ukoll. Ma kienx is-​serp innifsu li kellem lil Eva. Is-​sriep, Ġeħova ma ħalaqhomx jitkellmu. Kien anġlu ħażin li għamel lis-​serp jitkellem. Hu għamel hekk biex iqarraq b’Eva. Dan l-​anġlu hu Satana x-​Xitan. Fil-​futur, Ġeħova se jeqred lil Satana ħalli hu ma jkunx jistaʼ jkompli jqarraq bin-​nies biex jagħmlu affarijiet ħżiena.

“Ix-​Xitan . . . kien qattiel meta beda, u ma żammx sħiħ fil-​verità, għax il-​verità mhix fih.”—Ġwanni 8:44