Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Introduzzjoni għal sezzjoni 2

Introduzzjoni għal sezzjoni 2

Ġeħova għala ġab dulluvju li qered id-​dinja taʼ dak iż-​żmien? Fil-​bidu tal-​istorja umana, bdiet ġlieda—ġlieda bejn it-​tajjeb u l-​ħażin. Xi wħud, bħal Adam, Eva, u binhom Kajjin, għażlu li jagħmlu l-​ħażin. U xi oħrajn, bħal Abel u Noè, għażlu li jagħmlu t-​tajjeb. Ħafna min-​nies tant kienu saru ħżiena li Ġeħova qered id-​dinja taʼ dak iż-​żmien. Din is-​sezzjoni se tgħinna nitgħallmu li Ġeħova jimpurtah x’nagħżlu li nagħmlu u li hu qatt ma se jħalli l-​ħażin jirbaħ fuq it-​tajjeb.

F'DIN IT-TAQSIMA

LEZZJONI 3

Adam u Eva m’obdewx lil Alla

X’kellha speċjali dik is-siġra partikulari fil-ġnien tal-Għeden? Eva għala kielet mill-frott tagħha?

LEZZJONI 4

Ir-rabja tiegħu wasslitu biex joqtol

Alla laqaʼ l-offerta taʼ Abel imma taʼ Kajjin le. Meta Kajjin induna, hu rrabja ħafna u għamel xi ħaġa ħażina ħafna.

LEZZJONI 5

L-arka taʼ Noè

Meta anġli ħżiena żżewġu n-nisa fuq l-art, huma kellhom subien li kienu ġganti bulijiet. Il-vjolenza kienet kullimkien. Imma Noè ħabb u obda ’l Alla.

LEZZJONI 6

Tmienja jsalvaw għal ġo dinja ġdida

Ix-xita fid-Dulluvju damet nieżla 40 jum u 40 lejl. B’kollox, Noè u l-familja tiegħu damu fl-arka għal iktar minn sena. Fl-aħħar, setgħu joħorġu.