Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 LEZZJONI 102

Il-viżjonijiet taʼ Ġwanni

Il-viżjonijiet taʼ Ġwanni

Waqt li l-​appostlu Ġwanni kien priġunier fil-​gżira taʼ Patmos, Ġesù wrieh bil-​quddiem 16-​il viżjoni, jew stampa, waħda wara l-​oħra. Dawn il-​viżjonijiet urew kif isem Ġeħova se jiġi mqaddes, kif se tiġi s-​Saltna tiegħu, u kif ir-​rieda tiegħu se titwettaq fis-​sema u fuq l-​art.

F’viżjoni waħda, Ġwanni jara lil Ġeħova fuq it-​tron glorjuż tiegħu fis-​sema, imdawwar b’24 anzjan lebsin ħwejjeġ bojod u fuq rashom għandhom kuruni tad-​deheb. Dawl taʼ sajjetti u ħsejjes taʼ ragħad ħerġin mit-​tron. L-​24 anzjan imilu quddiem Ġeħova u jqimuh. F’viżjoni oħra, Ġwanni jara folla kbira taʼ nies minn kull pajjiż, poplu, u lingwa li jqimu lil Ġeħova. Il-​Ħaruf, li hu Ġesù, jieħu ħsiebhom u jiħodhom lejn l-​ilmijiet tal-​ħajja. Iktar tard, f’viżjoni oħra, Ġesù jibda jmexxi bħala Sultan fis-​sema, flimkien mal-​24 anzjan. Fil-​viżjoni taʼ wara, Ġwanni jara lil Ġesù jiġġieled mad-​dragun, li hu Satana, u d-​demonji tiegħu. Ġesù jkeċċihom ’il barra mis-​sema u jitfagħhom ’l isfel lejn l-​art.

 Imbagħad Ġwanni jara stampa sabiħa tal-​Ħaruf u l-​144,000 weqfin fuq il-​Muntanja Sijon. Jara wkoll anġlu jtir madwar id-​dinja li qed jgħid lin-​nies biex jobdu u jfaħħru lil Alla.

Fil-​viżjoni taʼ wara, tiġi miġġielda l-​gwerra t’Armageddon. Waqt dik il-​gwerra, Ġesù u l-​armata tiegħu jirbħu lis-​sistema ħażina taʼ Satana. Fl-​aħħar viżjoni, Ġwanni jara l-​paċi kemm fis-​sema kif ukoll fuq l-​art. Satana u dawk li jimxu warajh jiġu meqrudin għalkollox. Kulħadd, fis-​sema u fuq l-​art, iqis l-​isem taʼ Ġeħova bħala li hu qaddis u jqim lilu biss.

“Inqanqal għadwa bejnek u bejn il-​mara u bejn nislek u nisilha. Hu jisħaqlek rasek u int tisħaqlu għarqubu.”—Ġenesi 3:15