Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Introduzzjoni għal sezzjoni 13

Introduzzjoni għal sezzjoni 13

Ġesù ġie fuq l-​art biex jagħti ħajtu għan-​nies imperfetti. Għalkemm miet, hu ħareġ rebbieħ fuq id-​dinja għax baqaʼ leali lejn Ġeħova. Ġeħova wkoll kien leali lejn Ibnu u qajmu mill-​mewt. Matul ħajtu kollha fuq l-​art, Ġesù qeda b’umiltà lil oħrajn u ħafrilhom meta huma żbaljaw. Wara li ġie mqajjem mill-​mewt, Ġesù deher lid-​dixxipli tiegħu. Hu għallimhom kif jagħmlu x-​xogħol importanti li hu tahom biex jagħmlu. Jekk int ġenitur, għin lil bintek jew lil ibnek biex japprezza l-​fatt li llum aħna wkoll għandna parti minn dan ix-​xogħol.

F'DIN IT-TAQSIMA

LEZZJONI 87

L-aħħar ikla taʼ filgħaxija taʼ Ġesù

Ġesù jagħti istruzzjonijiet importanti lill-appostli tiegħu matul l-aħħar ikla li kellu magħhom.

LEZZJONI 88

Ġesù jiġi arrestat

Ġuda l-Iskarjota jmexxi folla kbira rrabjata, li magħhom kellhom is-sjuf u l-bsaten, biex ikunu jistgħu jarrestaw lil Ġesù.

LEZZJONI 89

Pietru jgħid li ma jafx lil Ġesù

X’jiġri fil-bitħa tad-dar taʼ Kajfa? U Ġesù x’jiġrilu fid-dar taʼ Kajfa?

LEZZJONI 90

Ġesù jmut f’Golgota

Pilatu għala jordna li Ġesù jiġi maqtul?

LEZZJONI 91

Ġesù jiġi mqajjem mill-mewt

X’affarijiet tal-għaġeb iseħħu xi ġranet wara li Ġesù jiġi maqtul?

LEZZJONI 92

Ġesù jerġaʼ jidher lid-dixxipli tiegħu

X’jagħmel hu biex jiġbdilhom l-attenzjoni?

LEZZJONI 93

Ġesù jmur lura fis-sema

Imma qabel jagħmel hekk hu jagħti gwida importanti lid-dixxipli taʼ x’għandhom jagħmlu.