Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Introduzzjoni għal sezzjoni 12

Introduzzjoni għal sezzjoni 12

Ġesù għallem lin-​nies dwar is-​Saltna tas-​smewwiet. Hu għallimhom ukoll jitolbu biex l-​isem t’Alla jiġi mqaddes, biex tiġi s-​Saltna taʼ Ġeħova, u biex issir ir-​rieda Tiegħu fuq l-​art. Jekk int ġenitur, spjega lil bintek jew lil ibnek xi tfisser din it-​talba u kemm din hi importanti f’ħajjitna. Ġesù ma ħalliex lil Satana jkissirlu l-​lealtà tiegħu. Ġesù għażel l-​appostli tiegħu, u huma saru l-​ewwel membri tas-​Saltna li fiha għandhom irwol importanti. Innota ż-​żelu taʼ Ġesù għall-​qima vera. Minħabba li ried jgħin lin-​nies, Ġesù fejjaq lill-​morda, temaʼ lil min kien bil-​ġuħ, u anki qajjem lil mejtin. B’dawn il-​mirakli kollha, hu wera x’se tagħmel is-​Saltna għan-​nies kollha.

F'DIN IT-TAQSIMA

LEZZJONI 74

Ġesù jsir il-Messija

Ġwanni xi jrid ifisser meta jgħid li Ġesù hu l-Ħaruf t’Alla?

LEZZJONI 75

Ix-Xitan jittanta lil Ġesù

Ix-Xitan jittanta lil Ġesù tliet darbiet. Liema huma t-tliet tentazzjonijiet tiegħu? Ġesù kif iwieġbu?

LEZZJONI 76

Ġesù jkeċċi lill-bejjiegħa mit-tempju

Ġesù għala jkeċċi l-annimali ’l barra mit-tempju u jaqleb l-imwejjed tas-sarrafa tal-flus?

LEZZJONI 77

Il-mara ħdejn il-bir

Mara Samaritana tibqaʼ sorpriża li Ġesù jitkellem magħha. Għala? X’jgħidilha Ġesù li s’issa għadu ma qalu lil ħadd iktar?

LEZZJONI 78

Ġesù jipprietka l-messaġġ tas-Saltna

Ġesù jistieden ftit mid-dixxipli biex isiru “sajjieda tal-bnedmin.” Iktar tard, jgħallem lil 70 mid-dixxipli tiegħu kif jippritkaw dwar il-messaġġ tal-aħbar tajba.

LEZZJONI 79

Ġesù jagħmel ħafna mirakli

Kull fejn imur Ġesù, in-nies morda jmorru għandu għall-għajnuna, u hu jfejjaqhom. Hu saħansitra jqajjem tifla żgħira mill-mewt.

LEZZJONI 80

Ġesù jagħżel tnax-il appostlu

Għal xiex jagħżilhom? Tiftakar x’jisimhom?

LEZZJONI 81

Il-Prietka taʼ fuq il-Muntanja

Ġesù jgħallem lezzjonijiet importanti lill-folla li nġabret.

LEZZJONI 82

Ġesù jgħallem lid-dixxipli tiegħu kif jitolbu

Hu jgħid lid-dixxipli tiegħu biex jibqgħu jitolbu għal liema affarijiet?

LEZZJONI 83

Ġesù jitmaʼ lil eluf taʼ nies

Dan il-miraklu x’jgħallimna dwar Ġeħova u Ġesù?

LEZZJONI 84

Ġesù jimxi fuq l-ilma

Tistaʼ timmaġina kif iħossuhom l-appostli xħin jaraw dan il-miraklu?

LEZZJONI 85

Ġesù jfejjaq fis-Sabat

Għala mhux kulħadd hu ferħan b’dak li qed jagħmel?

LEZZJONI 86

Ġesù jqajjem lil Lazzru mill-mewt

Meta Ġesù jara lil Marija tibki, anki hu jibda jibki. Imma dal-biki malajr jinbidel f’ferħ.